Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 07/11/2019, 7 ta' Novembru 2019

Riżultati ewlenin

Format regolari

Il-ħatra tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
Il-ħatra tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (Infografika)

Il-ħatra tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (Infografika)

BĊE: appoġġ unanimu għal Isabel Schnabel

Il-Grupp tal-Euro ta l-appoġġ unanimu tiegħu għall-kandidatura ta’ Isabel Schnabel biex issir membru tal-bord eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u b’hekk tissostitwixxi lil Sabine Lautenschläger. Il-Kunsill ser jadotta rakkomandazzjoni formali lill-Kunsill Ewropew.

Diskussjoni tematika dwar it-tkabbir u l-impjiegi: l-investiment fl-innovazzjoni

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-investiment fl-innovazzjoni u r-riċerka bħala mezz biex tingħata spinta lill-produttività u l-kompetittività fiż-żona tal-euro.

Il-Kummissjoni Ewropea ssottolinjat li ż-żona tal-euro ma tinvestix biżżejjed fir-riċerka u l-innovazzjoni meta mqabbla mal-kompetituri tagħha. In-nefqa fir-R&Ż (riċerka u żvilupp) mis-settur privat għadha baxxa meta mqabbla ma’ dik tal-Ġappun, l-Istati Uniti jew iċ-Ċina.

Albert Bravo-Biosca, Direttur tal-Innovation Growth Lab f’Nesta, ikkondivida rakkomandazzjonijiet konkreti dwar kif tista’ tiżdied l-effiċjenza tal-politika dwar l-innovazzjoni.

Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa

Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat it-Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa.

Prijoritajiet ta' politika tal-gvern Portugiż

Ir-rappreżentant Portugiż ippreżenta l-prijoritajiet ta' politika tal-gvern il-ġdid Portugiż. Din hija prattika komuni għal gvern ġdid taż-żona tal-euro.

Format inklużiv

Trattat dwar il-MES: il-pakkett ta' Novembru

Il-ministri ħadu nota tal-progress li sar fir-rigward tad-dokumenti legali relatati mat-trattat dwar il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES), b’mod partikolari d-dokumenti legali relatati mal-garanzija ta' kontinġenza komuni għar-riżoluzzjoni tal-banek u mal-istrumenti ta’ prekawzjoni.

L-għan hu li l-pakkett sħiħ jiġi konkluż f'Diċembru.

EDIS: rapport interim

Il-President tal-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli dwar l-iskema Ewropea ta' assigurazzjoni tad-depożiti (EDIS) ippreżenta l-progress li sar fid-diskussjonijiet dwar pjan direzzjonali għal negozjati politiċi u ddeskriva l-ħidma ulterjuri ppjanata sa Diċembru.

Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
Issa qed nara impenn ċar mill-ministri kollha biex jinvolvu ruħhom f’dibattitu tant meħtieġ biex titkompla l-unjoni bankarja. Il-pass li jmiss hu li jkun hemm qbil dwar pjan direzzjonali biex f’Diċembru jibdew in-negozjati politiċi dwar l-EDIS.
Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno
Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno

Strument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività (BICC), segwitu

Il-President tal-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro spjega x’inhi s-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-ħidma teknika dwar l-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività (BICC) f’konformità mal-ftehim tal-Grupp tal-Euro dwar dokument dwar il-kondizzjonijiet (term sheet) tal-BICC f’Ottubru.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025