Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 04/12/2019, 4 ta' Diċembru 2019

Riżultati tal-laqgħa

Format regolari (pajjiżi taż-żona tal-euro)

Il-Greċja: Il-Grupp tal-Euro jaqbel li jirrilaxxa EUR 767 miljun f'miżuri ta' dejn

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta r-raba' rapport dwar is-sorveljanza msaħħa tal-Greċja. Ir-rapport ikkonkluda li l-Greċja ħadet l-azzjonijiet meħtieġa biex tikseb l-impenji ta' riforma speċifiċi tagħha għal nofs l-2019.

Dan ser iwitti t-triq għall-iżborż tat-tieni segment (b'valur ta' EUR 767 miljun) ta' miżuri ta' dejn kontinġenti fuq il-politika maqbula f'Ġunju 2018.

Sorveljanza ta' wara l-programm: Ċipru u Spanja

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) infurmaw lill-Grupp tal-Euro dwar is-sejbiet ewlenin tal-missjonijiet ta' sorveljanza ta' wara l-programm f'Ċipru u Spanja.

Is-sorveljanza ta' wara l-programm (PPS) tibda awtomatikament wara tmiem il-programmi ta' assistenza finanzjarja. Tkompli sakemm mill-inqas 75% tal-assistenza finanzjarja riċevuta tkun tħallset lura. Ir-rappurtar u l-missjonijiet ser ikomplu jseħħu darbtejn fis-sena.

Valutazzjoni tal-abbozz ta' pjanijiet baġitarji għall-2020

Bħas-soltu f'dan iż-żmien tas-sena, il-Grupp tal-Euro ddiskuta s-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro u d-19-il pajjiż taż-żona tal-euro. Din id-diskussjoni kienet ibbażata fuq l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-abbozz ta' pjanijiet baġitarji (DBPs) nazzjonali għall-2020 u fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni ġenerali tagħha tad-DBPs, ippubblikata fl-20 ta' Novembru 2019.

L-eżitu ta' din id-diskussjoni huwa rifless fid-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro.

Il-President tal-Grupp tal-Euro, Mário Centeno
Kellna d-diskussjoni annwali tagħna dwar il-baġits tal-2020. Filwaqt li t-tnaqqis tad-dejn huwa kajman f'xi pajjiżi, oħrajn bdew jużaw is-sitwazzjoni favorevoli tagħhom biex jagħtu spinta lill-investiment – dan huwa milqugħ tajjeb ħafna.
Il-President tal-Grupp tal-Euro, Mário Centeno
Il-President tal-Grupp tal-Euro, Mário Centeno

Adozzjoni tal-programm ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro

Il-Grupp tal-Euro adotta l-programm ta' ħidma tiegħu għall-ewwel nofs tal-2020.

Hans Vijlbrief reġa' nħatar bħala l-President tal-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro

Il-Grupp tal-Euro ħatar mill-ġdid lil Hans Vijlbrief bħala President tal-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro għat-tieni mandat ta' sentejn.

Format inklużiv (ministri tas-27 stat membru tal-UE)

Il-Grupp tal-Euro ħejja rapport għas-Summit tal-Euro tat-13 ta' Diċembru 2019.

Ir-rapport jiffoka fuq:

  • il-pakkett ta' dokumenti legali relatati mar-riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES), abbażi tad-dispożizzjonijiet riveduti tat-Trattat dwar il-MES maqbula f'Ġunju 2019
  • l-ikkompletar tal-unjoni bankarja, inkluż l-Iskema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti
  • il-ftehim dwar strument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività li ntlaħaq f'Ottubru
Din is-sena, iffukajna fuq l-approfondiment tal-UEM permezz tal-istabbiliment ta' strument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività u t-tisħiħ tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà. Is-sena d-dieħla, l-ikkompletar tal-unjoni bankarja, inkluż l-Iskema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti, ser ikun aspett ewlieni tal-aġenda tal-ministri għall-finanzi. Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025