"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 22/06/2015, 22 ta' Ġunju 2015

Riżultati ewlenin

Migrazzjoni

Il-Kunsill nieda l-operazzjoni navali tal-UE li tfixkel il-mudell kummerċjali tal-faċilitaturi ta' dħul klandestin ta' persuni fil-Mediterran. EUNAVFOR Med hija element wieħed tar-rispons komprensiv tal-UE għall-isfida tal-migrazzjoni. Id-deċiżjoni tippermetti l-bidu tal-ewwel fażi tal-operazzjoni, li tiffoka fuq is-sorveljanza u l-valutazzjoni tal-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' persuni u n-netwerks tat-traffikar ta' persuni. 

Il-miri ta’ din l-operazzjoni mhumiex il-migranti, il-miri huma l-faċilitaturi ta' dħul klandestin u t-traffikanti ta' persuni, dawk li qegħdin jagħmlu l-flus fuq il-ħajja u ħafna drabi fuq il-mewt tal-migranti. EUNAVFOR Med hija parti mill-isforzi tagħna biex insalvaw il-ħajjiet.”   Ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini

Ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, qalet: “Il-miri ta’ din l-operazzjoni mhumiex il-migranti, il-miri huma l-faċilitaturi ta' dħul klandestin u t-traffikanti ta' persuni, dawk li qegħdin jagħmlu l-flus fuq il-ħajja u ħafna drabi fuq il-mewt tal-migranti. EUNAVFOR Med hija parti mill-isforzi tagħna biex insalvaw il-ħajjiet.” 

Russja

Il-Kunsill estenda r-restrizzjonijiet ekonomiċi tal-UE għar-rwol tar-Russja fid-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna tal-Lvant sal-31 ta’ Jannar 2016. Dan isegwi qbil fost il-mexxejja tal-UE li jgħaqqdu d-durata ta' dawn is-sanzjonijiet mal-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta' Minsk, li hija prevista sal-31 ta' Diċembru 2015.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Jannar 2025