"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 19/03/2018, 19 ta' Marzu 2018

Riżultati ewlenin

Affarijiet attwali

Fil-bidu tal-laqgħa tagħhom, ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE ddiskutew l-attakk ta' Salisbury. Huma adottaw dikjarazzjoni li tesprimi s-solidarjetà mingħajr riżervi tal-UE mar-Renju Unit kif ukoll l-appoġġ tagħha, inkluż għall-isforzi tar-Renju Unit biex iressaq quddiem il-ġustizzja lil dawk responsabbli għal dan id-delitt.

Sirja

Il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew l-aħħar żvilupp fis-Sirja ma' Staffan de Mistura,Segretarju Ġenerali tan-NU għas-Sirja. Il-Ministri faħħru l-isforzi bla waqfien tiegħu għal soluzzjoni politika għall-konflitt. Huma esprimew l-appoġġ sħiħ tagħhom għal dawn l-isforzi, waqt li fakkru li l-UE dejjem iddikjarat b’mod ċar li ma jista’ jkun hemm l-ebda soluzzjoni militari għall-konflitt.

Il-ministri għall-affarijiet barranin esprimew it-tħassib tagħhom dwar is-sitwazzjoni umanitarja li qed tiddeterjora dejjem aktar, b’mod partikolari f'Afrin u l-Lvant ta’ Ghouta. Huma ħeġġew lil dawk kollha involuti biex b'mod immedjat u sħiħ jimplimentaw ir-Riżoluzzjoni 2401 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Huma ddiskutew ukoll ir-riperkussjonijiet possibbli tas-sitwazzjoni fis-Sirja għar-reġjun b'mod ġenerali.

Il-Kunsill iddiskuta wkoll it-tieni konferenza ta’ Brussell li jmiss dwar “L-Appoġġ għall-futur tas-Sirja u r-reġjun” fl-24 u 25 ta’ April 2018, li ser tkun kopreseduta mill-UE u n-NU.

Nixtiequ nużaw il-konferenza ta' Brussell biex nibagħtu messaġġ ċar mill-komunità internazzjonali li l-ġlied irid jieqaf u li jrid jibda l-proċess politiku. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

Iran

Il-Kunsill iddiskuta l-Iran. Il-Ministri ssottolinjaw l-importanza tal-ftehim nukleari mal-Iran, il-PAKK, għas-sigurtà tar-reġjun u lil hinn minnu. Huma enfasizzaw il-ħtieġa li jiġi żgurat l-impenn kontinwu tal-partijiet kollha involuti fil-ftehim.

“Aħna nagħtu importanza strateġika għall-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehim mill-partijiet kollha. Għalina, din hija kwistjoni ta’ sigurtà, kemm għall-Ewropa u kif ukoll għall-bqija tad-dinja. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

Il-Ministri ddiskutew ukoll kwistjonijiet oħra barra mill-ambitu tal-PAKK, b’mod partikolari l-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran, kif ukoll ir-rwol tal-Iran fit-tensjonijiet li qed jiżdiedu fir-reġjun, inkluż fis-Sirja u fil-Jemen. Fil-konferenza stampa tagħha, ir-Rappreżentant Għoli ssottolinjat il-fatt li dawn it-temi kellhom jiġu indirizzati barra mill-ambitu tal-ftehim nukleari, filwaqt li żiedet tgħid li kien hemm unità kemm dwar il-bżonn li jiġi ppreservat il-PAKK kif ukoll dwar il-ħtieġa li jiġu indirizzati kwistjonijiet reġjonali mal-Iran permezz tad-djalogu.

Peniżola Koreana

Il-ministri għall-affarijiet barranin u r-Rappreżentant Għoli kellhom ikla informali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Korea t'Isfel, Kang Kyung-wha. Huma ffokaw fuq is-sitwazzjoni fil-Peniżola Koreana, fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet reċenti li saru mit-tmexxija tar-RDPK.

Il-Ministri qed jistennew b'interess is-Summit bejn Kim Jong-un u l-President tal-Korea t’Isfel Moon Jae-in previst f'April u l-laqgħa li ġiet notifikata bejn Kim Jong-un u l-President tal-Istati Uniti Donald Trump, minħabba li dawn is-summits jistgħu joħolqu il-kondizzjonijiet meħtieġa favur soluzzjoni diplomatika mmirata lejn id-denuklearizzazzjoni sħiħa, verifikabbli u irriversibbli tal-Peniżola Koreana.

Il-Ministri tal-UE laqgħu l-isforzi tal-Korea t’Isfel li kienu mmirati biex inaqqsu t-tensjonijiet fil-peniżola u jittejbu r-relazzjonijiet intra-Koreani.

Siltiet ewlenin mid-dikjarazzjonijiet għall-istampa mir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Korea t’Isfel Kang Kyung-wha (FILMAT)

Ukrajna

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar l-Ukrajna. Il-Ministri esprimew l-apprezzament tagħhom għaż-żjara tar-Rappreżentant Għoli fi Kiev fil-11 u 12 ta’ Marzu. Huma ddiskutew żviluppi riċenti, b’mod partikolari fil-proċess ta’ riforma. Qabel ir-riforma tal-Ukrajna tal-konferenza li ser issir f’Kopenħagen fis-27 ta’ Ġunju, huma laqgħu l-progress li sar fuq ir-riforma ekonomika, filwaqt li ssottolinjaw il-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi dwar xi oqsma oħra, inkluż il-ġudikatura u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Jum wieħed wara r-raba' anniversarju tal-annessjoni illegali tal-Krimea, il-Kunsill tenna l-impenn tiegħu favur il-politika ta’ nonrikonoxximent u l-appoġġ għall-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta’ Minsk. Il-Ministri esprimew it-tħassib tagħhom rigward il-lat umanitarju fil-Lvant tal-Ukrajna u tennew l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-ħidma tal-OSKE fir-reġjun.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025