"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Difiża), 06/03/2018, 6 ta' Marzu 2018

Riżultati ewlenin

Kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO)

Illum, kellna laqgħa inizjali storika tal-Kunsill mal-ministri għad-difiża, fil-qafas tal-kooperazzjoni strutturata permanenti. Għandna responsabilità kollettiva biex nimplimentaw id-deċiżjonijiet li ttieħdu u nwettqu l-impenji meħuda tal-istati membri li jipparteċipaw fil-PESCO. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri għad-difiża ltaqgħu fil-"format PESCO" għall-ewwel darba. Dan ifisser li, għalkemm kienu preżenti ministri mill-istati membri kollha, dawk li jirrappreżentaw l-istati membri li jipparteċipaw fil-PESCO biss kienu involuti fl-adozzjoni tal-atti legali. Illum adottaw deċiżjoni li tistabbilixxi formalment il-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO u rakkomandazzjoni dwar pjan direzzjonali ta’ implimentazzjoni.

Fid-diskussjoni tagħhom, il-ministri għad-difiża ssottolinjaw l-importanza li jiġu implimentati l-proġetti tal-PESCO u li titkompla l-ħidma sabiex jiġu ddefiniti l-proċessi u l-governanza fix-xhur li ġejjin.

Kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO

Il-kooperazzjoni bejn in-NATO u l-Unjoni Ewropea qatt ma kienet tajba daqs kemm hi llum. Hemm komplementarjetà u koerenza sħiħa bejn il-ħidma li aħna nwettqu biex insaħħu s-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni Ewropea u l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u n-NATO. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri għad-difiża ddiskutew il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO mal-Viċi Segretarju Ġenerali tan-NATO, Rose Gottemoeller. Il-ministri ssottolinjaw l-importanza tal-ħidma li għaddejja fir-rigward ta' 74 proposta f’seba’ oqsma differenti — ħidma li l-UE qed twettaq man-NATO u li qarrbet iż-żewġ organizzazzjonijiet ma' xulxin aktar minn qatt qabel. Il-ministri enfasizzaw il-ħtieġa li ssir ħidma dwar l-implimentazzjoni biex jinkisbu aktar riżultati konkreti. Huma enfasizzaw il-kooperazzjoni f’oqsma bħar-reżiljenza, iċ-ċibersigurtà u l-ġlieda kontra t-theddid ibridu, u enfasizzaw b’mod partikolari l-mobbiltà militari.

Il-ministri indikaw ukoll li kooperazzjoni Ewropea aktar b’saħħitha fid-difiża tirriżulta f’pilastru Ewropew aktar robust fi ħdan in-NATO, u li din il-ħidma qed titwettaq b’komplementarjetà sħiħa man-NATO. Filwaqt li jinnotaw li dan ser jagħti impetu politiku ġdid lill-kooperazzjoni bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet, huma laqgħu l-qbil bejn il-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO biex jibdew jaħdmu favur dikjarazzjoni ġdida li tista’ tiġi ffirmata fil-marġini tas-Summit li jmiss tan-NATO f’Lulju.

Sigurtà u difiża

Il-ministri għad-difiża tal-UE kellhom skambju ta’ fehmiet dwar l-aspetti ġenerali tal-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, inkluż il-konsistenza bejn inizjattivi tal-UE fir-rigward tad-difiża li għaddejjin bħalissa. Id-dibattitu kopra kwistjonijiet bħall-Fond Ewropew għad-Difiża u l-ħidma li għaddejja biex jiġi adottat ir-regolament dwar il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża.

Il-ministri enfasizzaw ukoll l-importanza tal-mobbiltà militari bħala prijorità importanti għal aktar kooperazzjoni bejn l-istati membri tal-UE kif wkoll bejn l-UE u n-NATO. Issemmiet ukoll il-ħtieġa ta' riżorsi u strumenti finanzjarji adegwati biex jintlaħaq livell ġdid ta’ ambizzjoni tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża. F’dan il-kuntest, ir-Rappreżentant Għoli ppreżentat lill-ministri l-inizjattiva tagħha dwar proposta għal faċilità Ewropea għall-paċi li mhix mill-baġit tal-UE, u li l-ħidma preparatorja dwarha ser titkompla fix-xhur li ġejjin.

Missjonijiet ta' taħriġ

Waqt l-ikla ta’ nofsinhar, il-ministri għad-difiża eżaminaw il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK tal-UE. Huma ffukaw fuq tliet missjonijiet ta’ taħriġ militari mhux eżekuttivi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, fil-Mali u fis-Somalja.

Il-ministri għad-difiża laqgħu l-valur miżjud li ġabet magħha l-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC), li kellha r-responsabbiltà għall-ippjanar u t-tmexxija operazzjonali tat-tliet missjonijiet sa mill-ħolqien tagħha sena ilu. Il-ministri ssottolinjaw l-impenn tagħhom li jkomplu jappoġġaw lill-MPCC u lill-iskwadri ta’ taħriġ fuq il-post b’persunal adegwat.

Highlights from the Foreign Affairs Council on defence of 6 March 2018

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025