- Kunsill Affarijiet Barranin
Kunsill Affarijiet Barranin, 16/04/2018, 16 ta' April 2018
Riżultati ewlenin
Sirja
Il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew l-aħħar żviluppi fis-Sirja, inkluż is-sitwazzjoni wara l-attakki mill-ajru mmirati tal-Istati Uniti, Franza u r-Renju Unit fuq faċilitajiet tal-armi kimiċi. Qabel il-Konferenza Brussell II dwar "Appoġġ għall-futur tas-Sirja u r-reġjun", huma ddiskutew il-ħtieġa li tiġi varata mill-ġdid soluzzjoni politika għall-konflitt fil-qafas tal-proċess ta' Ġinevra mmexxi min-NU. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar is-Sirja.
L-uniku mod biex tintemm it-tbatija tal-poplu Sirjan huwa li nagħmlu l-pressjoni kollha li nistgħu fuq il-partijiet, b’mod partikolari r-reġim Sirjan, biex jiġu Ġinevra b’intenzjoni ġenwina li jinnegozjaw. Jeħtieġ li ssir pressjoni - inkella ix-xejra ta' qerda sempliċiment ser tibqa' għaddejja. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà
- Sirja: Il-Kunsill jadotta konklużjonijiet, 16/04/2018
- Sirja: Ir-reazzjoni tal-Kunsill għall-kriżi (informazzjoni ġenerali)
- L-appoġġ għall-futur tas-Sirja u r-reġjun - Konferenza ta' Brussell, 24-25/04/2018
Iran
Il-Kunsill iddiskuta l-Iran. Il-Ministri tennew l-unità sħiħa tagħhom għall-implimentazzjoni kontinwa tal-ftehim mal-Iran dwar il-qasam nukleari (PAKK). Huma ħeġġew l-isforzi diplomatiċi li qed isiru biex jiġi żgurat li jibqa’ jkun hemm impenn qawwi mill-partijiet kollha involuti fil-ftehim.
"Intennu l-impenn qawwi tagħna għal kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehim fil-partijiet kollha tiegħu minn kulħadd. Dan jinvolvi l-appoġġ tal-ħidma li qed titwettaq b’mod partikolari minn Franza, il-Ġermanja, u r-Renju Unit mal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti biex jiġu indirizzati wħud mill-preokkupazzjonijiet espressi mill-President Trump, fi ħdan il-qafas tal-ftehim eżistenti. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà
Il-ministri ddiskutew ukoll kwistjonijiet oħra lil hinn mill-ambitu tal-PAKK, partikolarment ir-rwol tal-Iran f’kunflitti reġjonali, b’mod partikolari fis-Sirja u l-Jemen, kif ukoll it-tħassib tal-UE dwar il-programm ta’ missili ballistiċi tal-Iran u s-sitwazzjoni tiegħu fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem. Dawn il-kwistjonijiet huma indirizzati barra l-PAKK, inkluż permezz ta’ sanzjonijiet eżistenti tal-UE.
Russja
Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar ir-Russja. Il-ministri għall-affarijiet barranin b’mod unanimu reġgħu kkonfermaw ir-rilevanza tal-ħames prinċipji ta’ gwida maqbula f’Marzu 2016 għall-politika tal-UE fir-rigward tar-Russja. Dawn jipprovdu qafas flessibbli għar-relazzjonijiet tal-UE mar-Russja, li jippermettu fermezza dwar il-valuri tal-UE u impenn selettiv meta jkun ċar li hemm interess għall-UE.
Fid-diskussjoni, wara l-attakk ta' Salisbury u b'segwitu għall-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, il-ministri għall-affarijiet barranin enfasizzaw b’mod partikolari l-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE u l-ġirien tagħha għat-theddid Russu, inkluż theddid ibridu. Dan jinkludi kampanji ta’ diżinformazzjoni Russi, li fir-rigward tagħhom il-ministri faħħru l-ħidma mwettqa mit-task force tal-Komunikazzjoni Strateġika tal-Lvant (East StratComms) fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Il-ministri għall-affarijiet barranin enfasizzaw ukoll l-importanza li jingħata appoġġ lis-soċjetà ċivili Russa u li jkomplu jiġu żviluppati kuntatti bejn il-persuni.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025