"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Żvilupp), 7 ta' Mejju 2024

Riżultati ewlenin

Ukrajna

Il-ministri kellhom diskussjoni dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna u dwar il-Pjan għall-Ukrajna, bl-għan li jiġu żblokkati l-iżborżi taħt l-ewwel pilastru tal-Faċilità għall-Ukrajna għall-2024-2027, ikkundizzjonati mill-progress fl-aġenda ta' riforma u investiment tal-Ukrajna. L-appoġġ tal-UE taħt l-ewwel pilastru jammonta għal €38.27 biljun (għotjiet ta' €5.27 biljun u self ta' €33 biljun) tal-ammont totali ta' €50 biljun fl-ambitu tal-Faċilità għall-Ukrajna.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Ir-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni huma meħtieġa bħala parti mill-proċess ta' adeżjoni tal-Ukrajna mal-UE. Il-pjan jinkludi riformi strutturali ewlenin, investiment u titjib fl-amministrazzjoni pubblika, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-frodi. L-appoġġ tal-istati membri ser jippermetti l-pagamenti ppjanati bħala parti mill-Faċilità għall-Ukrajna.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Kummissjoni Ewropea diġà bagħtet il-valutazzjoni pożittiva tagħha dwar il-pjan. Hija qieset li tissodisfa l-kriterji meħtieġa u tikkostitwixxi rispons immirat u bbilanċjat sew għall-objettivi tal-Faċilità għall-Ukrajna, filwaqt li tindirizza l-isfidi tal-perkors tal-adeżjoni u twieġeb għall-ħtiġijiet ta' rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-Ukrajna.

L-ambaxxaturi tal-istati membri tal-UE (Coreper) mistennija jappoġġaw il-valutazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna fit-8 ta' Mejju bil-ħsieb tal-approvazzjoni u l-iffirmar tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni, b'maġġoranza kwalifikata, mill-Kunsill Ecofin fl-14 ta' Mejju.

Palestina*

Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar l-appoġġ umanitarju għall-Palestinjani fid-dawl tal-aħħar żviluppi, is-sitwazzjoni umanitarja li qed tiddeterjora u l-ħtieġa li r-rispons jiġi adattat biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet għoljin, u li titwitta t-triq 'il quddiem, f'kuntest diffiċli li qed jevolvi. Il-ministri rriflettew ukoll dwar kif l-aħjar tiġi appoġġata l-aġenda ta' riforma tal-Awtorità Palestinjana, wara l-formazzjoni ta' gvern Palestinjan ġdid.

* Din id-deżinjazzjoni ma għandhiex tiġi interpretata bħala rikonoxximent ta' Stat tal-Palestina u hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet individwali tal-istati membri fuq din il-kwistjoni.

L-UE u l-istati membri jkomplu jappellaw għal pawża umanitarja immedjata li twassal għal waqfien mill-ġlied sostenibbli, il-ħelsien mingħajr kundizzjonijiet tal-ostaġġi kollha u l-provvista ta' assistenza umanitarja. Tennejna li kulħadd fir-reġjun jeħtieġ li jeżerċita trażżin u jieħu passi biex inaqqas it-tensjoni. Ma huwa fl-interess ta' ħadd li s-sitwazzjoni tkompli teskala.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

L-involviment tal-UE f'kuntesti fraġli

Matul ikla ta' ħidma, il-ministri taw ħarsa usa' lejn il-fraġilità u rriflettew fuq approċċ koerenti u taħlita ta' politiki li jistgħu jagħtu riżultati f'dawn il-kuntesti. Rispons kredibbli ta' Tim Ewropa jeħtieġ li jindirizza l-ħtiġijiet bażiċi u r-reżiljenza tal-komunitajiet fuq il-post, abbażi tar-rabta bejn l-aspett umanitarju, l-iżvilupp u l-paċi. Id-diskussjoni indirizzat ir-rwol tal-Global Gateway fir-rigward tal-fraġilità.

Ġrajjiet Kurrenti

Il-ministri tkellmu dwar it-tħejjijiet għas-Summit tal-Futur, li ser isir din is-sena fit-22 u t-23 ta' Settembru fil-marġini tal-Ġimgħa ta' Livell Għoli tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Ngħatat attenzjoni speċjali lill-perkors finanzjarju.

Affarijiet oħra

Taħt "affarijiet oħra", il-Presidenza Belġjana infurmat lill-ministri dwar avvenimenti tas-saħħa fil-livell dinji, filwaqt li l-Finlandja u l-Estonja ppreżentaw dokument informali dwar l-implimentazzjoni tal-Global Gateway.

Il-ministri ġew aġġornati wkoll dwar l-implimentazzjoni tar-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali dwar l-NDICI-Ewropa Globali.

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar:

  • Ir-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-Alleanza Globali kontra t-Tibdil fil-Klima
  • Ir-Rapport Annwali 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrumenti ta' Finanzjament Estern tal-UE fl-2022
  • Stati Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw (SIDS)
  • Il-protezzjoni tal-ambjenti umanitarji

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 4 ta' Frar 2025