"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Il-Kunsill Affarijiet Barranin fil-Lussemburgu ddiskuta l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna f'sessjoni konġunta li laqqgħet kemm il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE kif ukoll il-Ministri għad-Difiża tal-UE.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna, Dmytro Kuleba, u l-Ministru għad-Difiża tal-Ukrajna, Rustem Umerov, issieħbu fil-bidu tal-laqgħa permezz ta' vidjokonferenza u pprovdew aġġornamenti dwar l-aħħar żviluppi fuq il-post u l-prijoritajiet attwali tal-Ukrajna.
Minbarra l-missili u d-droni, l-Ukreni rrappurtaw 7000 bomba ggwidata sparati mir-Russja f'erba' xhur ta' din is-sena, li huma madwar 60 bomba ggwidata kuljum, u hemm bumbardamenti kostanti fil-Lvant. Din hija parti mill-istrateġija ta' Putin.
Min-naħa l-oħra, huwa ċar li l-Ukrajna ma għandhiex armi għall-awtodifiża u biex tfendi l-aggressjoni tar-Russja.
[…] Hemm sens ċar ta' urġenza biex l-Unjoni Ewropea u l-alleati kollha tal-Ukreni jaġixxu. L-aktar mod importanti ta' azzjoni huwa li jiġu pprovduti batteriji għad-difiża tal-ajru u munizzjon għal dawn il-batteriji.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Ir-Rappreżentant Għoli ssottolinja l-importanza li jiġu pprovduti sistemi ta' difiża tal-ajru u missili lill-Ukrajna u ppropona li jiġi kkoordinat it-twassil urġenti tagħhom fil-livell tal-UE.
Matul id-diskussjoni ministerjali, diversi stati membri wrew ir-rieda tagħhom li jikkunsidraw assistenza speċifika jew li jikkontribwixxu għal inizjattivi eżistenti bħal dik Ċeka dwar il-munizzjon, jew dik Ġermaniża dwar id-difiża tal-ajru.
Il-Kunsill Affarijiet Barranin iddiskuta s-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, b'attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni umanitarja li dejjem sejra għall-agħar fl-istrixxa ta' Gaża u r-riskju ta' eskalazzjoni fir-reġjun usa'.
Fir-rigward ta' dan tal-aħħar, il-Kunsill għal darb'oħra saħaq li fir-reġjun kulħadd jeħtieġ li juri trażżin u jieħu passi biex titnaqqas it-tensjoni. Ġew maqbula passi ulterjuri fir-rigward tal-attivitajiet destabbilizzanti tal-Iran fir-reġjun.
Ilħaqna ftehim politiku sabiex inwessgħu u nespandu r-reġim eżistenti tad-droni biex jiġu imposti sanzjonijiet fuq l-Iran sabiex jiġu koperti l-missili u t-trasferimenti potenzjali tagħhom lejn ir-Russja - dan jinkludi l-produzzjoni tal-missili; it-tieni, biex nespandu ż-żona ġeografika ta' dan il-qafas biex tkopri l-konsenji tad-droni u tal-missili mhux biss lir-Russja iżda lir-reġjun kollu tal-Lvant Nofsani u l-Baħar l-Aħmar; u t-tielet biex nespandu l-lista ta' komponenti tad-droni pprojbiti.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Rigward Gaża, ir-Rappreżentant Għoli ssottolinja li ma kien hemm l-ebda progress fir-rilaxx ta' ostaġġi, l-ebda prospett ta' waqfien mill-ġlied, u lanqas tnaqqis reali tal-katastrofi umanitarja li għaddejja. Barra minn hekk, huwa saħaq li sakemm tkompli l-gwerra f'Gaża mhux ser ikun hemm stabbiltà dejjiema fir-reġjun.
Il-ministri tal-UE qablu li jistiednu għal darb'oħra lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta' Iżrael għal laqgħa futura tal-Kunsill Affarijiet Barranin, kif ukoll il-Prim Ministru l-ġdid tal-Awtorità Palestinjana.
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Il-Kunsill Affarijiet Barranin iddiskuta s-sitwazzjoni fis-Sudan wara skambju informali ta' fehmiet mal-Mibgħut Personali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-pajjiż, Ramtane Lamamra, li ngħaqad fil-bidu tad-diskussjoni permezz ta' vidjokonferenza.
Il-Kunsill iddiskuta b'mod partikolari kif tista' tiżdied il-koordinazzjoni man-NU, iżda anki mal-Unjoni Afrikana u sħab internazzjonali oħra.
L-UE trid tikkontribwixxi għal waqfien mill-ġlied sostenibbli, tappoġġa l-isforzi ta' medjazzjoni reġjonali u internazzjonali u tenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost diversi inizjattivi ta' medjazzjoni.
Il-15 ta' April mmarka b'dieqa l-ewwel anniversarju minn meta faqqgħet il-gwerra bejn l-atturi tal-kolp ta' stat militari fis-Sudan, il-Forzi Armati Sudaniżi (SAF) u l-Forzi ta' Appoġġ Rapidu (RSF). Fl-istess jum, Franza, il-Ġermanja u l-UE ospitaw b'mod konġunt il-"Konferenza umanitarja internazzjonali għas-Sudan u l-pajjiżi ġirien" f'Pariġi.
Il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni fil-Georgia, u esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-liġi l-ġdida dwar it-trasparenza tal-influwenza barranija, li ġiet ippreżentata reċentement lill-Parlament Georgjan.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.