- Kunsill Affarijiet Barranin
Kunsill Affarijiet Barranin (Kummerċ), 26-29 ta' Marzu 2026
Riżultati ewlenin
Il-Kunsill Affarijiet Barranin, fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ (KAB Kummerċ), sar fil-marġini tal-14-il konferenza ministerjali (MC14) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), f'Yaoundé, il-Kamerun, mis-26 sat-30 ta' Marzu 2026. Il-laqgħa tal-KAB Kummerċ kienet ippreseduta mill-ministru għall-enerġija, il-kummerċ u l-industrija tar-Repubblika ta' Ċipru, Michael Damianos, bħala presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill. Il-Kummissjoni Ewropea kienet irrappreżentata mill-Kummissarju għall-kummerċ u s-sigurtà ekonomika, Maroš Šefčovič, u mill-Kummissarju għall-agrikoltura u l-ikel, Christophe Hansen.
Is-sessjoni tal-ftuħ tal-laqgħa tal-KAB saret fis-26 ta' Marzu, qabel il-bidu tal-konferenza. Fl-istess jum, il-Kunsill approva l-ewwel sett ta' konklużjonijiet li jagħtu dettalji dwar il-pożizzjoni u l-aspettattivi tal-UE għall-MC14.
Matul il-konferenza kollha, il-Kummissjoni kkonsultat lill-istati membri regolarment dwar l-iżviluppi.
Fid-29 ta' Marzu, qabel tmiem l-MC14, il-ministri tal-UE reġgħu ltaqgħu għas-sessjoni tal-għeluq tal-laqgħa tal-KAB Kummerċ. Sussegwentement, il-Kunsill approva t-tieni sett ta' konklużjonijiet dwar l-eżiti tal-konferenza.
- Konklużjonijiet tal-Kunsill fi tmiem l-14-il Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ
- Konklużjonijiet tal-Kunsill fil-bidu tal-14-il Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ
- L-14-il Konferenza Ministerjali tad-WTO (sit web uffiċjali)
- L-UE u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (informazzjoni ġenerali)
- L-UE u d-WTO (Kummissjoni Ewropea)
- Sottomissjoni tal-UE dwar ir-riforma tad-WTO (21 ta' Jannar 2026)
- Kunsill Affarijiet Barranin (Kummerċ) fil-marġini tal-KM13 tad-WTO f'Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda (25-29 ta' Frar 2024)
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Carlo Zarcone Press officer
- +32 471 33 31 73
- +32 2 281 70 66
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 31 ta' Marzu 2026