Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali (art. 50), 25/09/2017, 25 ta' Settembru 2017

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill, f’format ta' UE 27, evalwa l-progress tan-negozjati tal-Brexit, bir-raba’ ċiklu ta’ taħditiet mar-Renju Unit jitnieda fl-istess jum. In-negozjatur ewlieni tal-Kummissjoni Michel Barnier aġġorna l-Kunsill dwar l-iżviluppi, u l-ministri tal-UE 27 kellhom opportunità għal skambju ta' fehmiet dwar it-taħditiet li għaddejjin bħalissa.

"Il-mandat li adottajna erba’ xhur ilu għadu kompletament validu, u l-ministri għal darb'oħra wrew l-appoġġ sħiħ tagħhom għan-negozjatur tal-UE. L-UE 27 jibqgħu magħqudin u għandna kanal wieħed għan-negozjati. Wara diskors kostruttiv tal-Prim Ministru May, nittamaw li ċ-ċiklu li jibda llum ser ikun produttiv, peress li marbutin biż-żmien."

Matti Maasikas, Viċi Ministru għall-Affarijiet Ewropej tal-Estonja u president tal-laqgħa tal-Kunsill

Il-ministri bdew ukoll it-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew (Artikolu 50) ta’ Ottubru 2017 billi eżaminaw l-abbozz ta’ aġenda annotata għas-summit.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024