"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 25/09/2017, 25 ta' Settembru 2017

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill beda t-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew ta' Ottubru billi ddiskuta aġenda proviżorja. F'dik il-laqgħa, il-mexxejja tal-UE mistennija jikkonċentraw fuq il-migrazzjoni, l-Ewropa Diġitali, id-difiża u r-relazzjonijiet esterni.

"Dawn is-suġġetti jidħlu perfettament fil-prijoritajiet tal-presidenza Estonjana, li jinkludu l-isforzi kontinwi biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni, l-iżvilupp tal-kooperazzjoni fid-difiża Ewropea u li jintlaħqu l-għanijiet globali tal-progress fil-kwistjonijiet diġitali kollha."

Matti Maasikas, Viċi Ministru għall-Affarijiet Ewropej tal-Estonja

Il-ministri ddiskutew ukoll il-prijoritajiet tal-Kummissjoni fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2018. Huma appoġġaw b’mod ġenerali l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni u enfasizzaw ċerti inizjattivi li qiesu partikolarment utli. Il-kontribut tal-ministri ser jgħin lill-Kummissjoni tiffinalizza l-programm ta’ ħidma tagħha, li għandu jiġi adottat f'Ottubru.

Taħt "Affarijiet oħrajn", il-Kummissjoni aġġornat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali rigward id-djalogu tagħha mal-Polonja dwar l-istat tad-dritt. Il-Kunsill għalaq ukoll il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv għall-Greċja, u kkonferma li d-defiċit issa huwa inqas minn 3% tal-PDG, il-valur ta' referenza tal-UE għad-defiċits tal-gvern.

"Wara bosta snin ta' diffikultajiet serji, il-finanzi tal-Greċja jinsabu f'qagħda ħafna aħjar. Nilqgħu għalhekk b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-lum."

Toomas Tõniste, Ministru għall-Finanzi tal-Estonja

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025