"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 17/10/2017, 17 ta' Ottubru 2017

Riżultati ewlenin

Kunsill Ewropew ta' Ottubru

Il-Kunsill iffinalizza t-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew li jmiss b'diskussjoni dwar l-abbozz ta' konklużjonijiet. Fil-laqgħa tagħhom tad-19 ta' Ottubru, il-mexxejja tal-UE ser jiffokaw fuq il-migrazzjoni, l-Ewropa Diġitali, id-difiża u r-relazzjonijiet esterni. It-temi li ser jiġu diskussi jinkludu miżuri biex jitwaqqfu l-flussi illegali tal-migrazzjoni u l-progress fir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil; l-aħjar modi biex jinħatfu l-opportunitajiet u jiġu indirizzati l-isfidi ippreżentati mir-rivoluzzjoni diġitali; il-kooperazzjoni strutturata permanenti ppjanata dwar id-difiża (PESCO); u kwistjonijiet speċifiċi ta' politika barranija, inkluż r-relazzjonijiet mat-Turkija.

L-istat tad-dritt fl-era diġitali

Il-Kunsill kellu wkoll it-tielet djalogu annwali tiegħu dwar l-istat tad-dritt, iffukat fuq il-pluraliżmu tal-media u l-istat tad-dritt fl-era diġitali. Bil-parteċipazzjoni tad-Direttur tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, Michael O'Flaherty, il-ministri ddiskutew l-isfidi tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-ambjent tal-media l-ġdida, l-aħjar modi biex ikun appoġġat ġurnaliżmu ta' kwalità għolja u l-ħtieġa li jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-UE ta' kull età jkollhom biżżejjed ħiliet fil-litteriżmu fil-media.

"L-aħbarijiet foloz minn dejjem eżistew, iżda dak li huwa ġdid hu li llum il-ġurnata kulħadd jista' jxerred l-informazzjoni - jew id-diżinformazzjoni - lil udjenza prattikament illimitata f' tebqa t'għajn," qal Matti Maasikas, il-Viċi Ministru Estonjan għall-Affarijiet Ewropej u l-president tal-laqgħa tal-lum tal-Kunsill. "Għaldaqstant huwa essenzjali li n-nies ikunu konxji ta' dawn ir-riskji u jkunu jistgħu jivvalutaw jekk aħbar tkunx falza jew vera u jkunu jistgħu jagħrfu troll."

Il-presidenza ser tħejji konklużjonijiet dwar id-dibattitu, li ser jintbagħtu lill-korpi rilevanti tal-Kunsill għal aktar konsiderazzjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025