"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 15/11/2017, 15 ta' Novembru 2017

Riżultati ewlenin

Il-futur tal-politika ta' koeżjoni

Il-Kunsill iddiskuta l-futur tal-politika ta' koeżjoni wara l-2020, b'referenza għas-seba' rapport ippubblikat mill-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

L-eżitu tad-dibattitu ser jagħti kontribut għall-ħidma li qed twettaq il-Kummissjoni bħala parti mit-tħejjijiet tagħha għal pakkett leġislattiv ġdid għall-politika ta' koeżjoni wara l-2020 li huwa mistenni li jiġi ppreżentat is-sena d-dieħla.

Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni l-konklużjonijiet dwar sinerġiji u simplifikazzjoni għall-politika ta' koeżjoni wara l-2020.

"Citizens and companies are not always fully aware of the impact of cohesion policy on the European economy and on their daily lives. But it has given a major boost across a wide range of sectors, including the digital economy, environment, transport, social infrastructure and research. Our discussion today has offered a clear steer on ways to increase the positive multiplier effects of cohesion for the next multiannual budget." Jaak Aab, Minister of Public Administration of Estonia


Fondi Strutturali u ta' Investiment

Il-Kunsill ħa nota tal-progress rigward il-proċess leġislattiv li għaddej dwar il-modifika tar-"Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni", b'mod partikolari dwar id-dispożizzjonijiet tal-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej li ġew inklużi fil-proposta "omnibus" tal-Kummissjoni.

Il-proposta omnibus, li tagħmel parti mir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, ser tiffaċilita u tissimplifika r-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-UE.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025