Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali (art. 50), 17/10/2017, 17 ta' Ottubru 2017

Riżultati ewlenin

Brexit

Il-Kunsill, fil-format UE27, ġie infurmat mill-Kap Negozjatur tal-UE dwar il-Brexit, Michel Barnier, dwar il-progress li sar s'issa fin-negozjati mar-Renju Unit. Il-ministri mbagħad ffinalizzaw it-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew li jmiss (Artikolu 50) fl-20 ta' Ottubru 2017 b'diskussjoni dwar l-abbozz ta' konklużjonijiet għas-summit.

"Saru xi passi 'l quddiem u ninsab ottimist li n-negozjati ser ikomplu jimxu fid-direzzjoni t-tajba fiċ-ċikli li ġejjin. Kif diġà għedna diversi drabi, l-istati membri tal-UE27 qed jinnegozjaw in bona fide u bl-għan li jintlaħaq l-aħjar ftehim possibbli għal kulħadd malajr kemm jista' jkun. Nittama li x-xahrejn li baqa' sa Diċembru ser ikunu biżżejjed żmien għal progress suffiċjenti."

Matti Maasikas, Viċi Ministru tal-Estonja għall-Affarijiet Ewropej

Rilokazzjoni tal-aġenziji tal-UE

Il-ministri tal-UE27 kellhom diskussjoni politika dwar ir-rilokazzjoni taż-żewġ aġenziji tal-UE li attwalment huma bbażati fir-Renju Unit: l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-Awtorità Bankarja Ewropea.

Saru tmien offerti minn stati membri biex jospitaw lill-ABE u 19-il offerta biex jospitaw lill-EMA. Wara l-valutazzjoni tal-offerti ppreżentati mill-Kummissjoni fit-30 ta' Settembru, il-ministri rriflettew dwar medda ta' kunsiderazzjonijiet li għandhom jitqiesu qabel il-laqgħa tagħhom fl-20 ta' Novembru 2017, meta dawn ser jieħdu d-deċiżjoni finali dwar ir-rilokazzjoni permezz ta' vot.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024