- Kunsill Affarijiet Ġenerali
Kunsill Affarijiet Ġenerali (Art. 50), 20/11/2017, 20 ta' Novembru 2017
Riżultati ewlenin
Brexit
Il-Kunsill, fil-format UE27, ġie infurmat mill-Kap Negozjatur tal-UE dwar il-Brexit, Michel Barnier, dwar il-progress li sar s'issa fin-negozjati mar-Renju Unit wara sitt ċikli ta' taħditiet. Il-Ministri mbagħad bdew it-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew (Artikolu 50) f'Diċembru 2017 billi eżaminaw l-abbozz ta' aġenda annotata.
Rilokazzjoni tal-aġenziji tal-UE
Il-ministri tal-UE27 għażlu s-sedi l-ġodda għaż-żewġ aġenziji tal-UE li attwalment jinsabu fir-Renju Unit u li hemm bżonn li jiġu rilokati fil-kuntest tal-Brexit. Amsterdam(in-Netherlands) intgħażlet bħala s-sit il-ġdid għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(EMA) u Pariġi (Franza) għall-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA).
L-għażla saret fil-marġini tal-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali (Artikolu 50), f'konformità mal-proċedura approvata mill-kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-UE 27 fit-22 ta' Ġunju 2017.
"L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-Awtorità Bankarja Ewropea jaqdu rwol ewlieni rispettivament fil-qasam tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa taċ-ċittadini tagħna u fl-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tas-settur bankarju tal-UE. Jeħtieġ niggarantixxu li l-ħidma tagħhom ma tiġix affettwata mir-rilokazzjoni. Wara proċess ġust u dettaljat, issa għandna żewġt ibliet għas-sedi l-ġodda li ntgħażlu fi żmien xieraq għal rilokazzjoni rapida u effiċjenti.” Matti Maasikas, Viċi Ministru tal-Estonja għall-Affarijiet Ewropej
Il-Kummissjoni ser tħejji proposti leġislattivi biex jiġu adottati permezz tal-proċedura leġislattiva ordinarja, bl-involviment tal-Parlament Ewropew. Il-Kunsill u l-Kummissjoni huma impenjati li jiżguraw li dawn il-proposti leġislattivi jiġu pproċessati malajr kemm jista' jkun minħabba l-urġenza tal-kwistjoni.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Dimosthenis Mammonas Press officer
- +32 477 61 20 77
- +32 2 281 2504
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #GAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024