"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 13/12/2016, 13 ta' Diċembru 2016

Riżultati ewlenin

Fond Ewropew għall-iżvilupp sostenibbli

Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu dwar il-fond Ewropew għall-iżvilupp sostenibbli, u ressqu pass ieħor lejn it-twettiq tiegħu.

"Dan il-fond huwa strument essenzjali li b'mod partikolari għandu l-għan li jindirizza l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni irregolari. Huwa jfittex li joħloq opportunitajiet ta' impjieg, jinkoraġġixxi l-investimenti u jiffaċilita l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi sħab fl-Afrika, kif ukoll fil-viċinat Ewropew. Issa huwa kruċjali li nħaffu l-pass tan-negozjati mal-Parlament Ewropew biex il-fond jitnieda malajr."

Miroslav Lajčák, il-Ministru Slovakk għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u President tal-Kunsill

Prijoritajiet tal-UE għall-2017

Il-Kunsill approva l-prijoritajiet leġislattivi tal-UE għall-2017, li jiffokaw fuq sitt oqsma prinċipali:

  • impjiegi, tkabbir, investimenti
  • Ewropa soċjali
  • sigurtà
  • riforma tal-politika dwar il-migrazzjoni
  • suq uniku diġitali
  • enerġija u klima

"Din hija l-ewwel darba li l-UE stabbilixxiet ġabra ta' prijoritajiet leġislattivi komuni għas-sena ta' wara. Dan ser jgħinna nagħmlu progress fl-oqsma fejn huwa l-aktar meħtieġ."

Miroslav Lajčák, il-Ministru Slovakk għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u President tal-Kunsill

Kunsill Ewropew ta' Diċembru

Il-Kunsill iffinalizza t-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2016 billi ddiskuta l-abbozz ta' konklużjonijiet. Fil-laqgħa tagħhom tal-15 ta' Diċembru, il-mexxejja tal-UE ser jindirizzaw erba' punti:

  • il-migrazzjoni, fejn ser janalizzaw l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija, l-oqfsa ta' sħubija konklużi mal-ewwel pajjiżi Afrikani u s-sitwazzjoni attwali fir-riforma tar-regoli tal-UE dwar l-asil
  • is-sigurtà, b'enfasi partikolari fuq l-implimentazzjoni tal-aġenda dwar is-sigurtà u l-kooperazzjoni tal-UE dwar is-sigurtà esterna u d-difiża
  • l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, iż-żgħażagħ, fejn ser jevalwaw il-progress fil-fond Ewropew għall-investimenti strateġiċi u fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ
  • ir-relazzjonijiet esterni b'enfasi partikolari fuq ir-referendum tan-Netherlands dwar il-ftehim ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna

Tkabbir

Il-Kunsill iddiskuta t-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni, u wara dan il-presidenza nnutat li ma kienx hemm kunsens li jippermetti l-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar din il-kwistjoni. Għalhekk, il-presidenza fasslet ġabra ta' konklużjonijiet li ġew appoġġati mill-maġġoranza l-kbira tad-delegazzjonijiet matul id-diskussjonijiet.

"Affermajna mill-ġdid l-impenn tagħna lejn it-tkabbir bħala politika ewlenija tal-UE u stabbiltà tal-investimenti strateġiċi, demokrazija u prosperità fl-Ewropa. Aħna nagħtu importanza kbira lill-kredibbiltà tat-tkabbir bħala proċess bidirezzjonali - jekk pajjiż iwettaq ir-riformi meħtieġa, l-UE trid twettaq l-impenji tagħha."

Miroslav Lajčák, il-Ministru Slovakk għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u President tal-Kunsill

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025