Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 07/02/2017, 7 ta' Frar 2017

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu

Il-Kunsill beda t-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa billi ddiskuta aġenda proviżorja. Din il-laqgħa, li ser issir fid-9 u l-10 ta’ Marzu, ser tiffoka fuq miżuri li jsaħħu t-tkabbir, joħolqu impjiegi ġodda u jtejbu l-kompetittività.

B’mod partikolari, fiha ser jittieħed kont tal-isforzi ta’ riforma tal-istati membri u jiġi vvalutat il-progress li sar mill-UE fit-twettiq tal-prijoritajiet bħall-approfondiment ulterjuri tas-suq uniku. Il-mexxejja ser jevalwaw ukoll xi twettaq fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tagħhom ta’ Diċembru 2016 dwar is-sigurtà u d-difiża. Huma ser jindirizzaw ukoll ir-relazzjonijiet esterni fid-dawl ta’ avvenimenti reċenti.

“Il-promozzjoni tal-impjiegi flimkien mat-tkabbir ekonomiku u s-sigurtà kienu prominenti fl-aġenda, għax nafu kemm dawn il-kwistjonijiet huma essenzjali għall-Ewropej. Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ser jindirizza dawn il-kwistjonijiet u ser jipprovdi l-impetu għal aktar progress. Il-Kunsill tal-lum għenna niżguraw li liċ-ċittadini tagħna noffrulhom kwalità ta’ ħajja aħjar”

Louis Grech, Deputat Prim Ministru ta’ Malta u President tal-Kunsill

Uffiċċju tal-prosekutur pubbliku Ewropew 

Il-Kunsill irreġistra n-nuqqas ta' unanimità fir-rigward tal-appoġġ għar-regolament li joħloq l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Dan jiftaħ it-triq għal grupp ta' mill-inqas disa' stati membri biex jibagħtu t-test għad-diskussjoni lill-Kunsill Ewropew għal tentattiv finali li jintlaħaq kunsens dwar il-proposta. Jekk dan ma jkunx possibbli, tista' titqies il-kooperazzjoni msaħħa.

"L-UPPE ilu parti mit-Trattati mill-2009. Madankollu, kif jixhdu dawn l-aħħar sitt snin u nofs, l-istabbiliment tiegħu rriżulta diffiċli. Ninsab ċert li l-Presidenza Maltija ser tikseb riżultati konkreti billi tkompli taġixxi ta' intermedjarju onest sabiex dawk l-istati membri li jixtiequ jniedu kooperazzjoni msaħħa jagħmlu dan taħt din il-Presidenza”

Owen Bonnici, Ministru għall-Ġustizzja ta' Malta

Kontroll fil-fruntieri interni

Il-Kunsill irrakkomanda li l-Awstrija, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Iżvezja u n-Norveġja jtawlu l-kontrolli temporanji fil-fruntieri għal perjodu massimu ta’ tliet xhur. Il-kontrolli, li jaffettwaw fruntieri speċifiċi f’dawn il-pajjiżi, għandhom ikunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ bħala reazzjoni għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jirriżultaw mir-riskju li għadu preżenti ta’ movimenti sekondarji ta’ migranti irregolari.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025