"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 07/03/2017, 7 ta' Marzu 2017

Riżultati ewlenin

Rieżami ta' nofs it-terminu tal-qafas baġitarju tal-UE għall-2014-2020

Il-Kunsill qabel li jaġġusta l-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE għall-2014-2020 biex jallinjah ma' prijoritajiet ġodda. It-tibdiliet miftiehma jsaħħu l-appoġġ tal-UE sabiex tindirizza l-kriżi tal-migrazzjoni, it-tisħiħ tas-sigurtà, il-promozzjoni tat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Ser jippermettu lill-UE twieġeb b’mod aktar faċli għal ħtiġijiet mhux mistennija mingħajr tibdil fil-limiti massimi tan-nefqa tal-QFP. U ser jgħinu biex tiġi evitata akkumulazzjoni eċċessiva ta' kontijiet mhux imħallsa.

“Dan l-ewwel rieżami li qatt sar tal-qafas baġitarju pluriennali ser jiżgura li l-baġit tal-UE jkun saħansitra aktar effettiv biex jittratta l-isfidi attwali u jwieġeb għal ħtiġijiet mhux mistennija. Ineħħi wkoll il-pressjoni żejda fuq il-baġits nazzjonali tal-istati membri fi żmien ta' sforzi kontinwi ta' konsolidament tal-finanzi pubbliċi. Il-presidenza Maltija, filwaqt li kompliet fuq il-ħidma tal-presidenza Slovakka, ħadmet ħafna biex tiżblokka s-sitwazzjoni staġnata tas-sena li għaddiet u ninsabu sodisfatti ħafna li llum seta' jintlaħaq ftehim.”

Louis Grech, Viċi Prim Ministru ta’ Malta u President tal-Kunsill

Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa

Il-Kunsill iffinalizza t-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew ta’ Marzu billi ddiskuta l-abbozz ta’ konklużjonijiet li jkopru s-suġġetti li huma mistennija jiġu diskussi mill-mexxejja tal-UE. Il-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa ser jiffoka fuq l-impjiegi, it-tkabbir u l-kompetittività. Ser jirrifletti dwar kif għandha tiġi żgurata s-sostenibbiltà tat-tkabbir ekonomiku li qed jesperjenzaw l-istati membri kollha bħalissa. Ser jiddiskuti l-politika kummerċjali u l-progress fir-rigward tal-fajls relatati mas-suq uniku.

"Qed nibdew naraw ir-riżultati: għall-ewwel darba fi kważi għaxar snin l-ekonomiji tal-istati membri kollha qegħdin jikbru - u huma mistennija jkomplu jikbru għall-futur prevedibbli. Iżda biex jinħolqu l-impjiegi huwa kruċjali li t-tkabbir ekonomiku ikun sostenibbli. Permezz tal-laqgħa tal-Kunsill tal-lum stajna nħejju għal diskussjoni sinifikattiva fil-Kunsill Ewropew, fejn il-ġejjieni tal-Ewropa jinsab fiċ-ċentru tal-aġenda tagħna”

Louis Grech, Viċi Prim Ministru ta’ Malta u President tal-Kunsill

Dwar il-migrazzjoni, il-mexxejja Ewropej ser janalizzaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri li ġew maqbula f’Malta kmieni fi Frar biex jitrażżan il-fluss migratorju fir-rotta tal-Mediterran Ċentrali. Ser janalizzaw ukoll l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2016 dwar is-sigurtà esterna u d-difiża u ser jiddiskutu s-sitwazzjoni fil-Balkani tal-Punent. Il-Kunsill Ewropew mistenni wkoll jeleġġi l-President tiegħu għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2017 sat-30 ta’ Novembru 2019.

Ġlieda kontra t-terroriżmu

Il-Kunsill adotta direttiva li taġġorna u testendi l-għodod legali disponibbli biex twieġeb għat-theddida terroristika li qed tevolvi madwar l-UE. Ir-regoli l-ġodda ser jgħinu fil-prevenzjoni ta’ attakki terroristiċi billi jikkriminalizzaw atti bħal dawk ta' taħriġ jew ivvjaġġar għal finijiet terroristiċi, kif ukoll l-organizzazzjoni jew il-faċilitazzjoni ta’ dawn il-vjaġġi. Huma jsaħħu wkoll id-drittijiet tal-vittmi tat-terroriżmu. Il-Kunsill adotta wkoll regolament li jsaħħaħ il-kontrolli fil-fruntieri esterni.

Apparat mediku

Il-Kunsill adotta regoli ġodda tal-UE li jtejbu s-sikurezza tal-apparat mediku. Dawn ser itejbu s-saħħa tal-pazjenti u jipprovdu kwalità tal-ħajja aħjar lil persuni b’diżabilità filwaqt li jiżguraw li l-pazjenti jkollhom aċċess f’waqtu għal soluzzjonijiet innovattivi tal-kura tas-saħħa.

It-tagħmir mediku u t-tagħmir mediku dijanjostiku in vitro jgħinu fid-dijanjosi, il-prevenzjoni u t-trattament jew it-taffija tal-mard. Huma jkopru firxa wiesgħa ta’ prodotti, minn stikek sa impjantazzjonijiet ta' proteżi fil-ġenbejn u apparat tas-smigħ, u minn testijiet tat-tqala għal dawk tal-HIV.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025