Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 15 ta' Ottubru 2019

Riżultati ewlenin

Tkabbir

Il-Kunsill iddiskuta t-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni fir-rigward tal-Albanija u r-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq. Wara d-diskussjoni, il-presidenza ħarġet konklużjonijiet proċedurali fejn qalet li l-Kunsill ser jerġa' lura għall-kwistjoni wara l-Kunsill Ewropew.

Enlargement

The Council discussed enlargement and the stabilisation and association process as regards Albania and the Republic of North Macedonia. Following the discussion, the presidency issued procedural conclusions noting that the Council would revert to the issue after the European Council.

Tytti Tuppurainen, Minister for European Affairs of Finland, at the press conference

Kunsill Ewropew ta' Ottubru

Il-ministri komplew it-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Ottubru billi eżaminaw abbozz ta' konklużjonijiet.

Fil-laqgħa tagħhom il-mexxejja huma mistennija jkollhom diskussjoni sostantiva dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss abbażi tal-ħidma tal-presidenza. Huma ser jiskambjaw fehmiet mal-President elett tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen dwar il-prijoritajiet għall-UE fil-ħames snin li ġejjin. Il-mexxejja ser jiddiskutu wkoll l-aspetti internazzjonali tat-tibdil fil-klima u t-Turkija. Fid-dawl ta' li jkun għaddej, il-Kunsill Ewropew jista' jindirizza kwistjonijiet speċifiċi ta' politika barranija.

Trasparenza

Taħt "affarijiet oħra", il-presidenza aġġornat lill-ministri dwar il-punti prinċipali li ħarġu mis-seminar dwar il-futur tat-trasparenza tal-UE organizzat fl-24 ta' Settembru fi Brussell.

Il-Finlandja biħsiebha tippromwovi t-trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE tul il-presidenza tagħha kollha. Trasparenza akbar tista' tressaq lill-UE aktar qrib taċ-ċittadini tagħha. Issaħħaħ il-proċessi demokratiċi tagħna u tgħin fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni. Tytti Tuppurainen, Ministru għall-Affarijiet Ewropej tal-Finlandja

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025