"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 16/09/2019, 16 ta' Settembru 2019

Riżultati ewlenin

It-tisħiħ tal-istat tad-dritt fl-UE

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar it-tisħiħ tar-rispett għall-istat tad-dritt fl-UE.

Abbażi ta' dokument ta' informazzjoni tal-presidenza, il-ministri ddiskutew kif il-Kunsill jista' jikkontribwixxi għall-għan ġenerali tat-tisħiħ tal-istat tad-dritt fl-UE, u x'miżuri speċifiċi jistgħu jintużaw.

Id-dibattitu sar fi sfond tar-rieżami li jmiss tad-djalogu annwali tal-Kunsill dwar l-istat tad-dritt, li huwa skedat li jsir fil-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali ta' Novembru. Huwa bena fuq diskussjonijiet dwar mekkaniżmu ta' evalwazzjoni bejn il-pari, kif ukoll il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Lulju li fiha l-Kummissjoni pproponiet, fost affarijiet oħra, li jiġi stabbilit Ċiklu ta' Rieżami tal-Istat tad-Dritt li jkopri l-istati membri kollha tal-UE.

Matul id-dibattitu, għadd ta' ministri esprimew l-appoġġ tagħhom għall-iżvilupp ta' mekkaniżmu preventiv għall-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-istati membri kollha tal-UE. Diversi parteċipanti enfasizzaw li kwalunkwe mekkaniżmu bħal dan jeħtieġ li jkun inklużiv u oġġettiv, filwaqt li jiżgura li l-istati membri kollha jiġu ttrattati b'mod indaqs. Barra minn hekk, kien importanti li tiġi rispettata d-diviżjoni ta' kompetenzi skont it-trattati u tiġi evitata d-duplikazzjoni għal kwalunkwe mekkaniżmu magħżul.

Il-presidenza issa ser tibgħat kwestjonarju lill-istati membri kollha. Ir-riżultati ta' dan il-kwestjonarju ser jinformaw l-evalwazzjoni tad-djalogu tal-Kunsill dwar l-istat tad-dritt fil-laqgħa tal-kunsill Affarijiet Ġenerali ta' Novembru.

Il-laqgħa tal-lum tal-Kunsill tat l-opportunità lill-kollegi kollha tiegħi minn madwar l-UE li jiskambjaw ideat dwar il-promozzjoni u s-salvagwardja tal-istat tad-dritt. Huwa importanti li nittrattaw l-aspetti kollha tad-dibattitu fi spirtu kostruttiv. Ir-rieżami pjanat tad-djalogu annwali tal-Kunsill dwar l-istat tad-dritt joffrilna opportunità f'waqtha li nesploraw, f'termini prattiċi ħafna, x'jistgħu jagħmlu flimkien l-istati membri biex jikkontribwixxu għal dawn l-isforzi. Tytti Tuppurainen, Ministru għall-Affarijiet Ewropej tal-Finlandja

Kunsill Ewropew ta' Ottubru

Il-ministri bdew it-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Ottubru billi eżaminaw abbozz ta' aġenda annotata.

Fil-laqgħa tagħhom ta' Ottubru, il-mexxejja huma mistennija li jkollhom diskussjoni sostantiva dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss abbażi tal-ħidma tal-presidenza. Il-mexxejja ser jiddiskutu wkoll is-segwitu tal-Aġenda Strateġika 2019-2024 għall-Unjoni.

Skont l-iskeda ta' żmien tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew jista' jadotta d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-President tal-BĊE l-ġdid u l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida.

Fid-dawl tal-avvenimenti, il-Kunsill Ewropew jista' wkoll jindirizza kwistjonijiet speċifiċi ta' politika barranija.

Il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss

Il-Kunsill ħa kont tal-ħidma fuq il-QFP għall-2021-2027.

Il-presidenza bagħtet kwestjonarju lid-delegazzjonijiet kollha matul is-sajf u wettqet laqgħat bilaterali fil-bidu ta' Settembru biex jiġu identifikati l-prijoritajiet u t-tħassib ewlieni tal-istati membri. Abbażi ta' dan, ser tabbozza dokument bħala kontribut tal-presidenza fit-tħejjijiet għall-iskambju ta' fehmiet fil-Kunsill Ewropew ta' Ottubru.

Wara gwida mill-mexxejja, il-presidenza tippjana li tippreżenta Kaxxa ta' Negozjar riveduta biċ-ċifri qabel tmien is-sena, sabiex tħejji għall-istadji li jmiss tan-negozjati.

B'mod parallel, il-ħidma ser tkompli fuq id-diversi proposti settorjali biex isir aktar progress fuq mandati tal-Kunsill jew jiġu konklużi ''fehimiet komuni'' addizzjonali mal-Parlament Ewropew.

Ir-rispett għall-valuri tal-UE fl-Ungerija

Il-Kunsill kellu seduta skont il-proċedura tal-Artikolu 7(1) TUE dwar l-Ungerija.

Is-seduta kopriet il-kwistjonijiet kollha li qamu fil-proposta motivata tal-Parlament Ewropew. Hija ppermettiet lill-ministri li jkollhom skambju aktar fil-fond mal-Ungerija dwar it-tħassib ewlieni identifikat mill-Parlament.

Il-presidenza għalqet is-seduta billi ppreżentat konklużjonijiet proċedurali. Skont il-modalitajiet standard għas-seduti, l-ebda valutazzjoni dwar is-sustanza tal-kwistjonijiet ma tiġi inkluża f'dan l-istadju.

Punti oħra

Taħt affarijiet oħrajn, il-presidenza informat lill-ministri dwar ir-riżultati ewlenin li ħarġu mill-Konferenza dwar id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali ospitata mill-presidenza Finlandiża f'Helsinki fl-10 u l-11 ta' Settembru.

Il-Kummissjoni aġġornat lill-ministri dwar l-iżviluppi rigward l-istat tad-dritt fil-Polonja wara l-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali ta' Lulju.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025