Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 10 ta' Lulju 2023

Riżultati ewlenin

Il-baġit fit-tul tal-UE

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, propost mill-Kummissjoni fl-20 ta' Ġunju 2023.

Il-Kummissjoni ppreżentat il-pakkett lill-Kunsill. Il-ministri taw il-kummenti inizjali tagħhom dwar l-elementi ewlenin tiegħu:

  • il-ħolqien ta' faċilità għall-Ukrajna għall-2024–2027
  • il-fondi addizzjonali proposti biex jiġu indirizzati l-pressjonijiet tal-migrazzjoni u l-isfidi esterni
  • it-twaqqif ta' Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP) biex tippromwovi l-kompetittività fit-tul tal-UE dwar it-teknoloġiji kritiċi
  • l-aġġustamenti proposti relatati maż-żieda fir-rati tal-imgħax

Il-Kunsill Affarijiet Ġenerali huwa mistenni li jkollu dibattitu ta' orjentazzjoni ieħor dwar ir-reviżjoni proposta tal-baġit fit-tul tal-UE fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta' Settembru.

Djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt

Il-presidenza ppreżentat il-pjanijiet tagħha għall-ħidma dwar l-evalwazzjoni tad-djalogu annwali tal-Kunsill dwar l-istat tad-dritt imħabbra fil-konklużjonijiet tal-presidenza tad-19 ta' Novembru 2019.

Minn dak iż-żmien 'l hawn, ġie żviluppat approċċ aktar strutturat għad-djalogu, li jinvolvi diskussjonijiet regolari orizzontali u speċifiċi għall-pajjiż dwar l-iżviluppi fl-istat tad-dritt madwar l-UE, bl-użu tar-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt.

L-għan tal-ħidma fix-xhur li ġejjin huwa li jintlaħaq kunsens dwar sett ta' konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-evalwazzjoni sa tmiem l-2023.

Prijoritajiet tal-Presidenza

Il-presidenza ppreżentat ukoll lill-ministri l-prijoritajiet għall-mandat tagħha.

Fil-kompetenzi tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali, il-linji ta' azzjoni ewlenin jinkludu:

  • diversi inizjattivi biex l-Ewropa titqarreb lejn iċ-ċittadini
  • spinta 'l quddiem għall-proċess ta' adeżjoni tal-pajjiżi kandidati
  • it-tkomplija tas-segwitu għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, inkluż diskussjonijiet dwar l-estensjoni tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata, u t-tħejjija tal-UE għal tkabbir futur
  • l-iżvilupp tar-relazzjonijiet mar-Renju Unit, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mal-ftehimiet eżistenti
  • it-tkomplija tal-ħidma fuq kwistjonijiet relatati mal-istat tad-dritt
  • spinta 'l quddiem għall-ħidma leġiżlattiva biex tissaħħaħ id-demokrazija Ewropea
  • l-indirizzar tal-isfidi demografiċi tal-UE

Rapport tal-2023 dwar l-istat tad-dritt

Taħt "Affarijiet oħra", il-Kummissjoni ippreżentat ir-rapport tagħha tal-2023 dwar l-istat tad-dritt, ippubblikat fil-5 ta' Lulju 2023.

Ir-rapport jeżamina l-iżviluppi fl-istati membri kollha f'erba' oqsma ewlenin għall-istat tad-dritt: is-sistema ġudizzjarja, il-qafas kontra l-korruzzjoni, il-pluraliżmu u l-libertà tal-media, u kwistjonijiet istituzzjonali oħra relatati mal-kontrolli u l-bilanċi. Jinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet għall-istati membri.

Il-Kunsill mistenni jkollu diskussjoni aktar fid-dettall dwar il-kapitolu orizzontali tar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt f'Settembru. Diskussjoni speċifika għall-pajjiż, li tkopri ħames stati membri, hija skedata għal Ottubru.

Korp tal-etika interistituzzjonali

Taħt "Affarijiet oħra", il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-ministri dwar il-proposta tagħha li tistabbilixxi korp tal-etika interistituzzjonali, ippreżentata fit-8 ta' Ġunju 2023.

Fis-7 ta' Lulju saret laqgħa politika ta' tnedija mar-rappreżentanti istituzzjonali dwar il-proposta tal-Kummissjoni.

Issa ser jibda eżami tal-proposta fid-dettall fil-korpi preparatorji tal-Kunsill.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025