Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 19 ta' Settembru 2023

Riżultati ewlenin

Il-Katalan, il-Bask u l-Galizjan

Il-Kunsill iddiskuta talba minn Spanjabiex jiġu inklużi l-Katalan, il-Bask u l-Galizjan fir-Regolament Nru 1/1958, li jirregola n-normi li jirregolaw il-lingwi tal-UE.

It-talba ġiet notifikata lill-presidenza tal-Kunsill fis-17 ta' Awwissu 2023, f'ittra mill-Ministru ta' Spanja għall-Affarijiet Barranin, l-Unjoni Ewropea u l-Kooperazzjoni.

Bħalissa, l-użu tal-Katalan, il-Bask u l-Galizjan huwa regolat minn arranġamenti amministrattivi bejn Spanja u istituzzjonijiet u korpi konsultattivi individwali tal-UE.

Il-Kunsill kellu skambju kostruttiv u ddeċieda li jkompli jaħdem fuq it-talba minn Spanja biex jiġi emendat ir-Regolament Nru 1. Il-Kunsill Affarijiet Ġenerali ser jibqa' jsegwi l-kwistjoni.

Djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt

Bħala parti mid-djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt, il-ministri kellhom diskussjoni orizzontali dwar l-iżviluppi ewlenin relatati mal-istat tad-dritt fl-istati membri tal-UE.

Matul id-dibattitu, għadd ta' ministri laqgħu tajjeb l-inklużjoni ta' rakkomandazzjonijiet fir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt, bħala għodda li tiggwida r-riformi nazzjonali, kif ukoll is-segwitu pożittiv li dawn ingħataw fl-istati membri kollha. Enfasizzaw ukoll l-importanza li jitkompla l-eżerċizzju biex jiġi żgurat ir-rispett għall-istat tad-dritt.

Ser issir diskussjoni speċifika għal kull pajjiż fil-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali f'Ottubru, li tiffoka fuq id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda u l-Greċja.

Il-ministri kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar l-evalwazzjoni tad-djalogu annwali tal-Kunsill dwar l-istat tad-dritt, li tinsab fil-konklużjonijiet tal-presidenza tal-2019.

Esprimew appoġġ wiesa' għall-format attwali tad-djalogu, li permezz tiegħu jistgħu jsiru diskussjonijiet sistematiċi u orjentati lejn ir-riżultati f'atmosfera miftuħa u kostruttiva, filwaqt li jintuża r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt. Il-ministri ddiskutew ukoll ideat biex jiġi żviluppat aktar id-djalogu sabiex jiġi kkonsolidat u msaħħaħ ir-rwol tiegħu.

Id-diskussjoni ser tikkontribwixxi għat-tħejjija ta' sett ta' konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tad-djalogu tal-Kunsill. L-għan huwa li jintlaħaq kunsens dwar il-konklużjonijiet qabel tmiem is-sena.

Kunsill Ewropew ta' Ottubru

Il-Kunsill beda t-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-26 u s-27 ta' Ottubru 2023 b'diskussjoni dwar abbozz ta' aġenda annotata.

Fil-laqgħa tagħhom ta' Ottubru, il-mexxejja huma mistennija jindirizzaw:

  • il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u r-rispons tal-UE
  • il-proposta għal reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027
  • il-progress li sar fit-tisħiħ tal-kompetittività tal-Ewropa
  • id-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni
  • it-tħejjijiet għall-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima f'Dubai (COP28)
  • kwistjonijiet ta' politika barranija

Ħidma leġiżlattiva

Il-Kummissjoni ppreżentat l-ittra ta' intenzjoni tagħha, ippubblikata fit-13 ta' Settembru 2023, li tippreżenta l-elementi ewlenin li jiggwidaw it-tħejjija tal-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2024. Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-inizjattivi previsti mill-Kummissjoni.

Id-diskussjoni ser tinġabar fil-qosor mill-presidenza f'ittra indirizzata lill-Kummissjoni qabel l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni.

Ħatriet

Il-Kunsill ħatar lil Iliana Ivanova (il-Bulgarija) bħalaKummissarju Ewropew mingħajr diskussjoni, bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen.

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-Kunsill adotta wkoll deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tapprova l-pjan emendat għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Italja. L-emendi huma mmirati, u l-kost totali stmat tal-pjan emendat għall-irkupru u r-reżiljenza ma nbidilx, jiġifieri €191.5 biljun, li jikkonsisti minn €68.8 biljun f'għotjiet u €122.6 biljun f'self.

Skambju informali ma' Olha Stefanishyna

Waqt il-kolazzjon, il-ministri kellhom skambju informali mal-Viċi Prim Ministru għall-Integrazzjoni Ewropea u Ewro-Atlantika tal-Ukrajna, Olha Stefanishyna, dwar l-aġenda għar-riforma u l-integrazzjoni Ewropea tal-Ukrajna.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025