"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Il-Kunsill beda t-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tad-29 u t-30 ta' Ġunju 2023 billi ddiskuta abbozz ta' aġenda annotata.
Fil-laqgħa tagħhom ta' Ġunju, il-mexxejja tal-UE ser jiffokaw fuq:
il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna
kwistjonijiet ekonomiċi
il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża
Iċ-Ċina u s-summit li jmiss bejn l-UE u s-CELAC
Il-mexxejja ser jirċievu wkoll informazzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet reċenti tal-Kunsill Ewropew dwar il-migrazzjoni u dwar il-proċess lejn l-Aġenda Strateġika 2024-2029.
Bħala parti mill-proċedura tal-Artikolu 7(1) TUE, il-Kunsill kellu żewġ seduti ta' smigħ dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja u r-rispett għall-valuri tal-UE fl-Ungerija.
Din kienet is-sitt seduta ta' smigħ għaż-żewġ stati membri, li tkopri l-kwistjonijiet kollha mqajma fil-proposti motivati rispettivi, li wasslu għall-proċedura.
L-għan tas-seduti ta' smigħ kien li l-Kunsill jiġi aġġornatdwar l-iżviluppi fil-prattika.
Il-proċeduri tal-Artikolu 7 rigward il-Polonja u l-Ungerija għadhom għaddejjin. Is-seduti ta' smigħ huma għodda utli f'dan il-proċess. Dawn jippermettu lill-istati membri jiksbu stampa dettaljata tar-riformi mwettqa mill-gvernijiet rispettivi, il-proċess ta' implimentazzjoni u l-kwistjonijiet li għad iridu jiġu indirizzati.
Jessika Roswall, Ministru għall-Affarijiet tal-UE tal-Iżvezja
Il-Kunsill approva wkoll il-punti fuq il-listi ta' punti A leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi mingħajr diskussjoni.
Relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit
Fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit, il-Kunsill adotta tliet regolamenti mmirati lejn l-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Windsor, li ġie maqbul politikament bejn il-Kummissjoni u l-gvern tar-Renju Unit fis-27 ta' Frar 2023, biex jiġu indirizzati, b'mod definittiv, l-isfidi li jikkonċernaw l-Irlanda ta' Fuq wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.
Ir-regoli l-ġodda ser jagħmlu konsiderevolment aktar faċli ċ-ċaqliq ta' firxa ta' oġġetti mill-Gran Brittanja lejn l-Irlanda ta' Fuq jekk ikunu destinati għall-konsum finali hemmhekk. Fl-istess ħin, ser jiġu stabbiliti salvagwardji biex jiġi evitat li prodotti bħal dawn jidħlu fis-suq uniku tal-UE u biex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika, tal-annimali u tal-pjanti, kif ukoll l-interessi tal-konsumatur fl-UE.
L-UE qed twettaq il-wegħda tagħha li timplimenta malajr is-soluzzjonijiet konġunti miftiehma, li jwieġbu għall-ħtiġijiet ta' kuljum tan-nies u tan-negozji fl-Irlanda ta' Fuq, li l-UE dejjem kienet konxja minnhom. Huwa importanti li titkompla l-ħidma biex isiru kompletament operattivi, kif ukoll biex jiġi żgurat li jitħares is-suq uniku tal-UE.
Jessika Roswall, Ministru għall-Affarijiet tal-UE tal-Iżvezja
Il-Kunsill approva r-rapport annwali tiegħu dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti. Ir-rapport jiddeskrivi x-xejriet fl-implimentazzjoni tar-Regolament 1049/2001 dwar talbiet għal aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Kunsill fl-2022 u jeżamina aspetti relatati oħra.
L-UE tkompli tappoġġa lill-Moldova, anke finanzjarjament.
Il-Kunsill iddeċieda li kważi jirdoppja l-ammont ta' assistenza makrofinanzjarja lill-Moldova li kien qabel li jipprovdi sena ilu, minn €150 miljun għal total ta' €295 miljun.
Il-Kunsill impona miżuri restrittivi kontra seba' individwi taħt żewġt oqfsa ta' sanzjonijiet distinti: reġim stabbilit riċentement li għandu fil-mira persuni responsabbli għal azzjonijiet immirati biex jiddestabbilizzaw, idgħajfu jew jheddu s-sovranità u l-indipendenza tar-Repubblika tal-Moldova, u r-reġim li jindirizza l-azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.