- Kunsill Affarijiet Ġenerali
Kunsill Affarijiet Ġenerali, 19 ta' Marzu 2024
Riżultati ewlenin
Kunsill Ewropew ta' Marzu
Il-ministri komplew it-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Marzu 2024 billi ddiskutew l-abbozz ta' konklużjonijiet.
Fil-laqgħa tagħhom li jmiss, il-mexxejja tal-UE ser jindirizzaw:
- l-appoġġ kontinwu tal-UE għall-Ukrajna fid-dawl tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja
- is-sigurtà u d-difiża
- is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani
- it-tkabbir u r-riformi
- ir-relazzjonijiet esterni
- il-migrazzjoni
- l-isfidi attwali fis-settur agrikolu
- Semestru Ewropew
Futur tal-Ewropa
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar ir-riformi interni tal-UE u t-titjib tal-metodi ta' ħidma tal-UE li għandhom jiżguraw il-kapaċità tal-UE li taġixxi, inkluż fid-dawl tat-tkabbir tal-UE.
Id-diskussjoni ffukat fuq riformi interni relatati mal-politiki tal-UE u l-aspetti ta' komunikazzjoni relatati. Il-ministri enfasizzaw l-importanza ta' analiżi bir-reqqa tal-politiki differenti u jistennew b'interess il-kontribut tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward. Huma ssottolinjaw ukoll l-importanza ta' komunikazzjoni ċara maċ-ċittadini hekk kif jevolvi d-dibattitu, biex jiġi żgurat l-appoġġ pubbliku għall-proċess.
Il-punt tat-tluq tad-diskussjoni tagħna huwa l-idea li l-proċess ta' riforma interna għandu jżomm u jsaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li taġixxi, filwaqt li jindirizza tliet sfidi - il-ħtieġa għal funzjonament aħjar tal-UE, l-impatt ta' dinja li qed tinbidel malajr, u l-prospett ta' tkabbir futur. Hadja Lahbib, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Belġju
Id-diskussjonijiet dwar il-futur tal-Ewropa u b'mod aktar partikolari dwar ir-riformi interni tal-UE fid-dawl tat-tkabbir ilhom għaddejjin mir-rebbiegħa tal-2023. Fid-dikjarazzjoni ta' Granada tas-6 ta' Ottubru 2023, il-mexxejja tal-UE ddikjaraw li b'mod parallel mal-isforzi ta' riforma tal-membri aspiranti, jeħtieġ li l-UE tistabbilixxi l-bażi interna u r-riformi meħtieġa. Fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta' Diċembru 2023, huma ssottolinjaw ukoll li l-Kunsill Ewropew ser jindirizza r-riformi interni fil-laqgħat tiegħu li jmiss bil-ħsieb li sas-sajf tal-2024 jadotta konklużjonijiet dwar pjan direzzjonali għall-ħidma futura.
Il-presidenza biħsiebha tkompli d-diskussjonijiet dwar il-futur tal-Ewropa fil-Kunsill Affarijiet Ġenerali fix-xhur li ġejjin, b'appoġġ għall-ħidma tal-Kunsill Ewropew u t-tħejjija għaliha.
- Kunsill Ewropew, 14-15 ta' Diċembru 2023
- Laqgħa informali tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern, Granada, 6 ta' Ottubru 2023
- Laqgħa ministerjali informali dwar l-affarijiet ġenerali, Murcia, 28 ta' Settembru 2023
Semestru Ewropew
Il-ministri ffukaw ukoll fuq is-Semestru Ewropew.
Huma eżaminaw rapport ta' sinteżi, imfassal mill-presidenza Belġjana, dwar il-kontributi tal-Kunsill għas-Semestru Ewropew 2024. Il-presidenza ppreżentat pjan direzzjonali aġġornat għas-Semestru Ewropew 2024, li jiddeskrivi l-passi ewlenin taċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew 2024. Il-Kunsill qabel ukoll li jibgħat abbozz ta' rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro lill-Kunsill Ewropew għall-approvazzjoni. It-test ser jiġi adottat formalment mill-Kunsill wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Ewropew.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Dimosthenis Mammonas Press officer
- +32 477 61 20 77
- +32 2 281 2504
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #GAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025