"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 21 ta' Mejju 2024

Riżultati ewlenin

Stat tad-dritt fil-Polonja

Bħala parti mill-proċedura tal-Artikolu 7(1), il-Kunsill iddiskuta s-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Polonja.

Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri bl-analiżi li kienet għamlet sabiex tiddetermina jekk ir-''riskju ċar ta' ksur serju'' meħtieġ skont l-Artikolu 7(1) kienx għadu jeżisti. Din l-analiżi kienet ibbażata fuq il-Pjan ta' Azzjoni stabbilit mill-gvern Pollakk fi Frar 2024, u l-passi mibdija għall-promozzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja fl-istituzzjonijiet ewlenin identifikati fil-proposta motivata ta' Diċembru 2017, inkluż il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura, il-Qorti Suprema u l-qrati ordinarji. Il-Pjan ta' Azzjoni ġie ppreżentat mill-Polonja fil-Kunsill Affarijiet Ġenerali ta' Frar 2024, b'aġġornament dwar il-progress f'Marzu 2024.

Il-passi enumerati mill-Kummissjoni fl-analiżi tagħha ġew ikkonfermati mill-Ministru għall-Ġustizzja tal-Polonja Adam Bodnar.

Il-Kummissjoni spjegat li għalhekk kienet ikkonkludiet li r-''riskju ċar ta' ksur serju'' ma kienx għadu jeżisti, u li b'riżultat ta’ dan, hija kellha l-intenzjoni li tirtira l-proposta motivata tagħha.

Abbażi ta' skambju li kellhom stati membri fil-Kunsill dwar il-proċedura tal-Artikolu 7(1) li tikkonċerna l-Polonja u l-fatt li ntlaqgħu tajjeb il-passi meħuda mill-Polonja biex tindirizza l-kwistjonijiet li qamu fil-proposta motivata, kif ukoll l-impenn ċar tagħha li tirrispetta s-supremazija tad-dritt tal-UE u li timplimenta s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE b'mod sħiħ, kif ukoll l-appoġġ muri għall-analiżi tal-Kummissjoni, il-Presidenza kkonkludiet li l-Kunsill kien ħa nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirtira l-proposta motivata tagħha.

Kunsill Ewropew ta' Ġunju 

Il-ministri bdew it-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-27 u t-28 ta' Ġunju 2024 billi jiddiskutu abbozz ta' aġenda annotata.

Fil-laqgħa tagħhom ta' Ġunju, il-mexxejja ser jindirizzaw kwistjonijiet relatati ma':

  • l-Ukrajna
  • is-sigurtà u d-difiża
  • il-kompetittività
  • ir-relazzjonijiet esterni
  • iċ-ċiklu istituzzjonali li jmiss

Djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt

Bħala parti mid-djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt, il-ministri ddiskutew ukoll is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f'Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja u l-Lussemburgu.

Din kienet it-tieni diskussjoni speċifika għall-pajjiż matul il-presidenza Belġjana, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Presidenza tat-12 ta' Diċembru 2023, li pprevedew tliet diskussjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fis-sena, b'kull waħda minnhom tiffoka fuq is-sitwazzjoni f'erba' stati membri.

Id-diskussjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi huma parti mill-impenn biex id-djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt jissaħħaħ u jsir aktar strutturat, b'rispett sħiħ tal-prinċipji tal-oġġettività, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali tal-istati membri kollha. L-objettiv huwa li jkun hemm skambju kostruttiv u miftuħ ta' kummenti u tal-aħjar prattiki.

Indħil barrani fil-proċessi elettorali

Il-Kunsill approva mingħajr diskussjoni konklużjonijiet dwar ir-reżiljenza demokratika u s-salvagwardja tal-proċessi elettorali mill-forom kollha ta' ndħil barrani.

Il-konklużjonijiet jagħtu ħarsa ġenerali lejn l-istrumenti u l-għodod eżistenti kollha fil-livell tal-UE biex jiġu ssalvagwardjati l-proċessi elettorali mill-indħil barrani. Fid-dawl tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li ġejjin, il-Kunsill jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-istati membri biex iżidu l-azzjoni biex jimmonitorjaw tentattivi minn atturi barranin biex jinterferixxu fil-proċess demokratiku tal-UE.

Hekk kif biljuni ta' ċittadini jitfgħu l-vot tagħhom fid-dinja kollha fl-2024, inkluż fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-konklużjonijiet jissottolinjaw li r-reżiljenza demokratika tibqa' punt ċentrali tal-aġenda tal-Kunsill.

Theddidiet ibridi:

Il-Kunsill approva wkoll mingħajr diskussjoni il-qafas ta' gwida għall-istabbiliment prattiku tat-Timijiet ta' Rispons Rapidu tal-UE kontra Theddid Ibridu. Bħala wieħed mir-riżultati ewlenin tal-Boxxla Strateġika, it-timijiet ser jipprovdu assistenza mfassla apposta u mmirata fuq terminu qasir lill-istati membri, lill-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, u lill-pajjiżi sħab fil-ġlieda kontra t-theddidiet u l-kampanji ibridi.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025