"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Il-Kunsill beda billi ddiskuta l-abbozz ta' konklużjonijiet għall-Kunsill Ewropew li jmiss. Il-ministri mbagħad qasmu l-fehmiet tagħhom dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit, kif ukoll dwar rapport ta' sinteżi dwar il-kontributi tal-Kunsill fir-rigward tas-Semestru Ewropew 2025. Il-Kunsill qabel li jibgħat abbozz ta' rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro lill-Kunsill Ewropew għall-approvazzjoni. Fl-aħħar nett, il-ministri approvaw dikjarazzjoni konġunta għall-prijoritajiet leġiżlattivi ta' din is-sena flimkien ma' konklużjonijiet konġunti dwar l-objettivi u l-prijoritajiet ta' politika tal-UE għall-2025-2029.
Qed ngħixu fi żminijiet estremament diffiċli għall-Ewropa. Il-presidenza Pollakka tkompli taħdem fuq l-aġenda ambizzjuża tagħha biex tagħmel l-Ewropa aktar sigura u aktar kompetittiva. Qed nintensifikaw l-isforzi tagħna fix-xhur li ġejjin biex niksbu riżultati tanġibbli għan-nies tal-Ewropa.
Adam Szłapka, Ministru għall-Unjoni Ewropea tal-Polonja
Tħejjija għall-Kunsill Ewropew ta' Marzu
Il-Kunsill kompla t-tħejjijiet għal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew billi ddiskuta l-abbozz ta' konklużjonijiet. Il-mexxejja tal-UE mistennija jiddiskutu:
il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna
l-aħħar żviluppi fil-Lvant Nofsani
il-kompetittività tal-UE
id-difiża Ewropea
il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss u riżorsi proprji ġodda
il-migrazzjoni
l-oċeani
il-multilateraliżmu, u
kwistjonijiet speċifiċi oħra relatati mal-politika barranija
Il-Kunsill sema' preżentazzjoni mill-Kummissjoni u kellu skambju ta' fehmiet dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit fit-tħejjija għas-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit tad-19 ta' Mejju 2025. Il-ministri ffukaw fuq oqsma fejn ir-relazzjonijiet mar-Renju Unit jistgħu jissaħħu u fuq l-aħjar approċċ biex jiġu protetti b'mod kollettiv l-interessi tal-UE. Ħafna ministri saħqu fuq l-importanza li ssir ħidma ma' sħab tal-istess fehma, inkluż ir-Renju Unit, fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża.
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar rapport ta' sinteżi dwar il-kontributi tal-Kunsill fir-rigward tas-Semestru Ewropew 2025. Il-presidenza ppreżentat pjan direzzjonali aġġornat għas-Semestru Ewropew 2025. Il-Kunsill qabel ukoll li jibgħat abbozz ta' rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro lill-Kunsill Ewropew għall-approvazzjoni.
Il-Kunsill approva d-dikjarazzjoni konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2025, kif ukoll il-konklużjonijiet konġunti dwar objettivi u prijoritajiet ta' politika għall-2025-2029.Id-dikjarazzjoni konġunta u l-konklużjonijiet konġunti ser jiġu ffirmati mill-presidenti tal-Kunsill tal-UE, tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew.
Iċ-Ċekja ppreżentat informazzjoni dwar it-tmiem tal-finanzjament ta' "Radio Free Europe" mill-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Media Globali.
Moldova
Taħt il-punti "A", il-Kunsill adotta r-regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova, strument ġdid biex jappoġġa l-perkors tal-pajjiż lejn l-UE b'ammont sa €2 biljun.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.