Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali (Koeżjoni), 28 ta' Marzu 2025

Riżultati ewlenin

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar politika ta' koeżjoni aktar dinamika u strateġika permezz ta' bidla fil-perspettiva finanzjarja pluriennali attwali u li jmiss. Il-Kunsill approva wkoll konklużjonijiet dwar il-koeżjoni u l-politika ta' koeżjoni ta' wara l-2027. Taħt "affarijiet oħra", il-ministri ġew infurmati fir-rigward ta' dokument informali dwar "Politika ta' koeżjoni b'saħħitha għat-tkabbir, il-konverġenza u l-kompetittività" appoġġat minn 16-il stat membru.

<p>Katarzyna Pełczyńska-Nałęcz, Ministru għall-Fondi u l-Politika Reġjonali tal-Polonja</p>

Wasal iż-żmien li nwettqu dak li ngħidu. L-UE għandha quddiemha sfidi: il-gwerra fl-Ukrajna, iż-żieda fil-kompetittività, ir-reżiljenza u l-kapaċità tad-difiża tal-UE. Jeħtieġ li l-UE tkun aktar b'saħħitha u aktar indipendenti. Issa wasal iż-żmien li naġixxu u nimmodernizzaw il-politika ta' koeżjoni għas-sitwazzjoni ġeopolitika l-ġdida.

<p>Katarzyna Pełczyńska-Nałęcz, Ministru għall-Fondi u l-Politika Reġjonali tal-Polonja</p>

Katarzyna Pełczyńska-Nałęcz, Ministru għall-Fondi u l-Politika Reġjonali tal-Polonja

Dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-politika ta' koeżjoni

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet ibbażat fuq dokument tal-presidenza intitolat "Politika ta' koeżjoni aktar dinamika u strateġika: inwettqu l-bidla fil-perspettiva attwali u li jmiss". Il-ministri ddiskutew kif għandhom jintlaħqu l-objettivi tal-politika ta' koeżjoni msemmijin fit-trattat, u kif għandha tiġi promossa l-governanza f'diversi livelli fl-arkitettura l-ġdida tal-politiki tal-UE wara l-2027. Il-Kunsill esplora wkoll modi biex il-politika ta' koeżjoni futura tiġi pprogrammata fi pjan wieħed għal kull pajjiż, fosthom riformi u investimenti fil-livell nazzjonali u sottonazzjonali. Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea, kif stabbilit fil-programm ta' ħidma tagħha li fih l-objettivi u l-prijoritajiet ewlenin tal-UE għas-snin li ġejjin, u l-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill Ewropew, il-ministri ddiskutew kif il-politika ta' koeżjoni diġà tista' tiġi adattata fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali biex twieġeb b'mod effettiv għall-prijoritajiet u l-ħtiġijiet emerġenti.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-koeżjoni u l-politika ta' koeżjoni ta' wara l-2027

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar il-koeżjoni u l-politika ta' koeżjoni ta' wara l-2027. It-test jenfasizza l-importanza tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u r-rwol tagħha fl-indirizzar tal-isfidi tal-UE. Il-konklużjonijiet jaffermaw mill-ġdid ukoll li l-kompetittività u l-koeżjoni huma interkonnessi u jenfasizzaw ir-rwol kemm tat-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE kollha kemm hi kif ukoll tat-titjib tal-koeżjoni fil-pajjiżi u r-reġjuni kollha, li b'hekk jikkontribwixxu għall-kisba tal-prijoritajiet strateġiċi tal-UE u jindirizzaw l-isfidi tal-UE b'mod sinerġetiku. It-test ifakkar fil-pedamenti u l-prinċipji ewlenin tal-politika ta' koeżjoni u jenfasizza li l-ġestjoni kondiviża bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-istati membri trid tibqa' l-metodu ta' implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni. Fl-aħħar nett, il-konklużjonijiet ifakkru li l-politika ta' koeżjoni hija politika ta' investiment fit-tul u li t-titjib tal-effiċjenza u l-effettività jista' jinkiseb billi ssir enfasi fuq ir-riżultati.

Affarijiet oħra

Taħt "affarijiet oħra", u b'kunsiderazzjoni tal-politika ta' koeżjoni futura fil-QFP li jmiss, il-ministri ġew infurmati mid-delegazzjoni Rumena dwar dokument informali rigward il-ħtieġa għal "Politika ta' koeżjoni b'saħħitha għat-tkabbir, il-konverġenza u l-kompetittività". Id-dokument jirrakkomanda politika ta' koeżjoni b'saħħitha bħala mutur importanti għall-konverġenza, ir-reżiljenza u l-kompetittività, permezz ta' baġit vijabbli u robust, salvagwardjat fil-QFP li jmiss, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) reġjonali per capita bħala l-kriterju ewlieni għall-kategorizzazzjoni reġjonali, kif ukoll permezz tal-preservazzjoni tal-ġestjoni kondiviża u l-prinċipji ewlenin l-oħra tal-politika ta' koeżjoni. Id-dokument informali kien appoġġat mill-Bulgarija, iċ-Ċekja, Ċipru, l-Estonja, il-Greċja, l-Italja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja u l-Ungerija.

Ikla ta' nofsinhar informali

Waqt ikla ta' nofsinhar informali u bil-parteċipazzjoni tal-president tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-UE, Kata Tüttö, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar modi kif jiġi pprovdut finanzjament adegwat għal politika ta' koeżjoni li tibni Unjoni Ewropea sigura, kompetittiva u reżiljenti.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 31 ta' Marzu 2025