Skip to content
  • Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 20/04/2015, 20 ta' April 2015

Riżultati prinċipali

Sessjoni konġunta bejn il-ministri għall-affarijiet barranin u għall-intern iddiskutiet kwistjonijiet dwar il-migrazzjoni, wara l-ġrajjiet reċenti fil-Mediterran. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, qalet: "Illum tajna reazzjoni qawwija tal-UE għat-traġedji li rajna fil-jiem li għaddew. Jeħtieġ li naġixxu malajr u li naġixxu flimkien."

Il-ministri qablu li jsaħħu l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, li tissaħħaħ l-azzjoni tal-UE biex jiġu salvati l-ħajjiet fuq il-baħar kif ukoll li jitjieb l-appoġġ għall-pajjiżi l-aktar milquta, permezz tal-kondiviżjoni tar-rifuġjati fil-qafas ta' programm ta' risistemazzjoni.

As the Presidency we are committed to facilitate the implementation of both the measures identified today and the upcoming European Agenda on Migration. Rihards Kozlovskis, Latvian Minister for Interior

Barra minn hekk, ser tittieħed azzjoni diplomatika biex isir aktar sabiex jiġu solvuti l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni, inklużi l-konflitti, il-faqar u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025