- Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 12-13/03/2015, 12 u 13 ta' Marzu 2015
Riżultati ewlenin
Ġestjoni tal-flussi migratorji
Il-ministri laqgħu l-progress li sar s’issa fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet operazzjonali identifikati mit-Task Force għall-Mediterran u fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2014 bit-titlu "Tittieħed azzjoni biex jiġu ġestiti aħjar il-flussi migratorji".
Migratory pressure and the management of migration flows have been identified as a high priority for the Latvian Presidency. A number of actions have already been taken and are currently being implemented. However, considering the latest developments concerning migratory pressure towards the EU we need to do more not only in the Central and Eastern Mediterranean region, but also on the land borders in the Western Balkans to address major migratory challenges. Rihards Kozlovskis, Minister for the Interior of Latvia of Latvia
Il-ministri qablu li jsaħħu s-sorveljanza fil-fruntieri esterni u biex jissaħħu r-riżorsi u l-kapaċitajiet operazzjonali tal-Frontex. Huma saħqu wkoll li, sabiex jiġu mħarsa l-migranti u jiġu salvati l-ħajjiet tagħhom, il-ġlieda kontra n-netwerks kriminali ta’ kuntrabandisti u traffikanti għandha tibqa' prijorità. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi tibqa’ essenzjali għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji.
Il-ġlieda kontra t-terroriżmu
Il-Kunsill iddiskuta l-implimentazzjoni tal-miżuri li jinsabu fl-aħħar dikjarazzjonijiet kontra t-terroriżmu maħruġa wara l-aħħar attakki terroristiċi fl-Ewropa.
Il-ministri pprovdew gwida politika għal oqsma fejn ir-riżultati jistgħu jinkisbu fix-xhur li ġejjin: applikazzjoni msaħħa tal-qafas ta’ Schengen, il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni fuq l-internet permezz tat-twaqqif ta’ kapaċitajiet ta’ riferiment fuq l-internet, il-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi tan-nar u l-intensifikazzjoni tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni operazzjonali.
Rihards Kozlovskis, Ministru għall-Intern tal-Latvja u l-President tal-Kunsill, qal: "It-theddida tat-terroriżmu, u b’mod partikolari t-theddida kkawżata minn ġellieda terroristi barranin, hija waħda mill-akbar sfidi għall-UE. Il-Presidenza Latvjana hija ferm impenjata biex tkompli l-ħidma li diġà bdiet billi tiżgura l-implimentazzjoni fil-pront u effikaċi tal-miżuri miftiehma. Huwa importanti li jiġi żgurat l-użu msaħħaħ ta’ dawk l-istrumenti li diġà jinsabu għad-dispożizzjoni tagħna, b’mod partikolari fi ħdan il-qafas ta’ Schengen, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni operazzjonali.”
Il-ministri enfasizzaw ukoll l-importanza li l-Kunsill jagħmel progress fl-oqsma kollha li jissemmew fid-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew u fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Riga. Huma ser jerġgħu lura għal dawn il-kwistjonijiet kollha fil-laqgħa tagħhom li jmiss, bil-ħsieb li jirrapportaw lill-Kunsill Ewropew f’Ġunju 2015.
Protezzjoni tad-data
Il-Kunsill laħaq approċċ ġenerali parzjali dwar ir-regolament dwar il-protezzjoni tad-data, bil-fehim li xejn mhu maqbul qabel ma jintlaħaq qbil dwar kollox. It-test approvat jinkludi l-mekkaniżmu ta' “punt uniku ta' servizz” (kapitoli VI u VII) kif ukoll il-prinċipji għall-ipproċessar ta’ data personali (kapitolu II).
Il-ministri qablu li l-mekkaniżmu ta' “punt uniku ta' servizz” għandu jkollu rwol fil-każijiet transkonfinali importanti biss u ser jipprevedi kooperazzjoni u teħid tad-deċiżjonijiet b’mod konġunt bejn diversi awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data kkonċernati. It-test jiċċara li d-deċiżjoni maqbula b’mod konġunt ser tiġi adottata mill-awtorità għall-protezzjoni tad-data li tkun fl-aħjar pożizzjoni biex tipprovdi l-aktar protezzjoni effettiva mill-perspettiva tas-suġġett tad-data. Fir-rigward tal-prinċipji ġenerali tal-ipproċessar tad-data, il-Ministri stabbilixxew sett ta’ prinċipji għal proċessar leġittimu, ġust u trasparenti tad-data.
Dzintars Rasnačs, Ministru għall-Ġustizzja tal-Latvja u l-President tal-Kunsill, qal: "L-approċċ li lħaqna dwar regoli ġodda għall-protezzjoni tad-data joħloq protezzjoni aktar effettiva fir-rigward tad-drittijiet taċ-ċittadini. Il-protezzjoni tad-data tixbaħ djamant mhux maħdum li jiġi mirqum u sa fl-aħħar jibda jleqq u wieħed jittama li f’Ġunju tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha.”
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Indicative programme, Justice and Home Affairs Council, 12-13 March 2015
- Provisional agenda, Justice and Home Affairs Council, 12-13 March 2015
- List of A items, legislative deliberations, Justice and Home Affairs Council, 12-13 March 2015
- List of A items, non-legislative activities, Justice and Home Affairs Council, 12-13 March 2015
- Background brief
- Lista ta' parteċipanti
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Laura Bérard Press officer
- +32 471 33 09 49
- +32 2 281 57 95
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #JHA
Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025