Skip to content
  • Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 09-10/10/2014, 9 u 10 ta' Ottubru 2014

Il-Kunsill jiddiskuti aktar azzjoni fir-rigward tal-ġellieda barranin 

Imlaqqgħin fil-Lussemburgu fid-9 u fl-10 ta' Ottubru, il-ministri għall-affarijiet interni u l-ġustizzja kellhom diskussjoni fil-fond dwar il-kwistjoni tal-ġellieda barranin. Huma adottaw ukoll konklużjonijiet dwar ġestjoni aħjar tal-flussi migratorji. 

Ġellieda barranin

Wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew f'Awwissu 2014, il-ministri qablu dwar l-urġenza li tiġi ffinalizzata d-direttiva dwar ir-reġistru tal-UE tal-ismijiet tal-passiġġieri u talbu lill-Parlament Ewropew jadotta l-pożizzjoni tiegħu malajr kemm jista' jkun. Qablu wkoll li jtejbu l-kontrolli fuq il-fruntieri esterni taż-żona Schengen, fil-qafas legali eżistenti.

Barra minn hekk, il-Kunsill iddeċieda dwar għadd ta' azzjonijiet speċifiċi li ser jaċċelleraw l-implimentazzjoni ta' miżuri maqbula minn qabel. Dawn il-miżuri preċedenti jinkludu kemm it-22 punt approvat mill-Kunsill f'Ġunju 2013 kif ukoll il-ġabra ta' miżuri maqbula mill-ministri tal-intern tal-istati membri li ntlaqtu l-aktar minn dan il-fenomenu.

Il-ġestjoni tal-migrazzjoni illegali

Il-ministri adottaw konklużjonijiet dwar it-teħid ta' azzjoni biex nindirizzaw aħjar il-flussi migratorji. Dawn il-konklużjonijiet għandhom l-għan li jiddefinixxu approċċ sostenibbli, li permezz tiegħu nkunu nistgħu mmorru lil hinn minn miżuri immedjati ta' emerġenza u nwieġbu għall-pressjoni migratorja b'mod strutturat. Dan l-approċċ, li jista' jiġi adattat għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull sitwazzjoni, huwa bbażat fuq tliet oqsma ewlenin ta' azzjoni:

  • azzjoni f'kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi
  • ġestjoni msaħħa tal-fruntieri esterni u l-Frontex
  • azzjoni fuq il-livell tal-istati membri: akkoljenza u teħid tal-marki tas-swaba'

Il-konklużjonijiet jiddettaljaw prijoritajiet operazzjonali speċifiċi biex jiġu indirizzati l-flussi migratorji l-iktar fir-reġjun Mediterranju u jitolbu li dawn jiġu implimentati mill-atturi involuti kollha.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar kif 'Tittieħed azzjoni biex jiġu ġestiti aħjar il-flussi migratorji'

Il-Kummissjoni, il-Frontex u l-EASO infurmaw lill-Kunsill dwar l-aħħar żviluppi fl-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati mit-Task Force għall-Mediterran. F'dan il-kuntest, il-Kunsill laqa' t-tnedija, sa tmiem din is-sena, tal-operazzjoni TRITON, iffinanzjata mill-UE. Din l-operazzjoni ser issaħħaħ is-sorveljanza fuq il-fruntieri fl-ilmijiet qrib ix-xtut Taljani.

Punti ewlenin oħrajn fuq l-aġenda

Dwar ir-riforma tal-protezzjoni tad-data, il-Kunsill laħaq approċċ ġenerali parzjali dwar Kapitolu IV tal-abbozz ta' regolament. Dan il-kapitolu jagħti dettalji dwar l-obbligi tal-kontrolluri u l-proċessuri ta' data.

Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea f'Google vs Spanja, il-ministri kellhom dibattitu dwar id-dritt li wieħed jintesa.

Il-Kunsill kellu wkoll diskussjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali serja u organizzata, u dwar il-proposta għal Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

 

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025