"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 20/07/2015, 20 ta' Lulju 2015

Riżultati ewlenin

L-aktar riżultat importanti tad-diskussjoni tal-lum huwa li l-persuni fi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jistgħu jiġu rilokati sa minn Ottubru ta’ din is-sena. Il-laqgħa tagħna wriet biċ-ċar li l-Unjoni Ewropea u l-istati membri tagħha huma lesti li flimkien jegħlbu l-isfida tal-pressjoni migratorja Jean Asselborn, il-Ministru tal-Lussemburgu għall-Immigrazzjoni u l-Asil u President tal-Kunsill

Il-Kunsill qabel dwar abbozz ta’ deċiżjoni li tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni b'mod temporanju u eċċezzjonali mill-Italja u l-Greċja fi stati membri oħra ta’ persuni fi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali. F’konformità mar-regoli eżistenti, l-Italja u l-Greċja ggarantixxew li dawk li jfittxu l-asil li jaslu fit-territorji tagħhom jiġu identifikati, rreġistrati u jittiħdulhom il-marki tas-swaba’. L-istati membri, mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, qablu b’kunsens dwar id-distribuzzjoni ta’ 32 256 persuna li għandhom jiġu rilokati u adottaw riżoluzzjoni għal dan l-għan. Il-Ministri impenjaw ruħhom li jaqblu dwar id-distribuzzjoni tas-7 744 persuna li baqa’ sal-aħħar tal-2015. 

Il-Kunsill ser jadotta formalment id-deċiżjoni ladarba l-Parlament Ewropew jagħti l-opinjoni tiegħu, li hi mistennija f’Settembru. 

Barra minn hekk, l-istati membri adottaw konklużjonijiet dwar ir-risistemazzjoni permezz ta' skemi multilaterali u nazzjonali ta' 22 504 persuni spostati minn barra l-UE li huma fi bżonn ċar ta' protezzjoni internazzjonali. Huma laqgħu r-rieda ta’ stati assoċjati li jipparteċipaw fl-isforzi għar-risistemazzjoni. 

Ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni huma waħda mit-tliet dimensjonijiet tal-isforzi tal-UE biex tindirizza l-flussi migratorji dejjem jiżdiedu. It-tnejn l-oħra huma r-ritorn, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni ta' migranti irregolari u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ transitu biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni. 

"L-aktar riżultat importanti tad-diskussjoni tal-lum huwa li l-persuni fi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jistgħu jiġu rilokati sa minn Ottubru ta’ din is-sena. Il-laqgħa tagħna wriet b’mod ċar li l-Unjoni Ewropea u l-istati membri tagħha jinsabu lesti li flimkien jegħlbu l-isfida tal-pressjoni migratorja", qal Jean Asselborn, il-Ministru tal-Lussemburgu għall-Immigrazzjoni u l-Asil u President tal-Kunsill. 

Il-Kunsill adotta wkoll konklużjonijiet dwar l-identifikazzjoni ta' ċerti pajjiżi terzi bħala pajjiżi ta' oriġini siguri skont it-tifsira tad-direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil. Il-Kunsill jirrakkomanda bil-qawwa li għandha tingħata prijorità għal valutazzjoni mill-istati membri kollha tas-sigurtà fil-Balkani tal-Punent, sabiex jiġi appoġġat l-ipproċessar rapidu ta' applikazzjonijiet għall-asil ta’ persuni li jkollhom ċittadinanza ta’ pajjiżi terzi indikati bħala siguri, anki jekk l-awtoritajiet tal-istati membri jridu jeżaminaw kull każ speiċfiku fuq il-merti tiegħu.

Il-Kunsill adotta nota li tistieden lill-istati membri tal-UE biex isegwu l-gwida tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-regolament Eurodac rigward l-obbligu li jittieħdu l-marki tas-swaba’ ta’ dawk li jfittxu asil u l-migranti rregolari. 

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025