"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Vidjokonferenza tal-ministri għall-affarijiet interni, 8 ta' Ottubru 2020

Riżultati ewlenin

Migrazzjoni u ażil

Il-ministri għall-affarijiet interni kellhom l-ewwel diskussjoni dwar il-proposti reċenti tal-Kummissjoni għal patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil. Huma qablu b'mod ġenerali mal-approċċ tal-Presidenza li jimxu 'l quddiem pass pass fir-rigward tar-riforma l-ġdida tal-ażil u l-migrazzjoni.

Li wieħed isib soluzzjoni ġusta, effiċjenti u reżiljenti għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-ażil hija ta' importanza kruċjali għall-futur tal-Ewropa. Biex niksbu dan, jeħtieġ li lkoll nagħmlu kompromessi. L-istati membri llum esprimew l-impenn sħiħ tagħhom li jaħdmu lejn dan l-għan fix-xhur li ġejjin. Horst Seehofer, Ministru Federali għall-Intern, il-Bini u l-Komunità tal-Ġermanja

Il-Presidenza indikat l-intenzjoni tagħha li torganizza dibattiti ta' orjentazzjoni dwar tliet aspetti ewlenin u interrelatati: il-proċedura qabel id-dħul fl-UE, il-prevenzjoni tal-abbuż tas-sistema tal-ażil u s-solidarjetà. L-għan tagħha huwa li jintlaħaq qbil politiku dwar dawn l-aspetti sa tmiem il-Presidenza. Ser titmexxa 'l quddiem ukoll il-ħidma dwar il-finalizzazzjoni ta' fajls leġiżlattivi ewlenin fejn tidher li tista' tintlaħaq il-finalizzazzjoni rapida. Dawn huma r-regolament Eurodac u r-regolament dwar l-aġenzija tal-UE għall-ażil.

L-involviment ma' pajjiżi terzi dwar il-migrazzjoni

Il-ministri evalwaw l-aħħar żviluppi u inizjattivi dwar l-involviment ma' pajjiżi terzi dwar il-migrazzjoni, b'mod partikolari rigward l-Afrika ta' Fuq u l-Balkani tal-Punent. Huma ffukaw fuq żewġ strutturi jew pjattaformi operazzjonali li nbdew fix-xhur li għaddew.

L-ewwel pjattaforma biex titjieb il-koordinazzjoni bejn l-atturi rilevanti kollha tar-Rotta tal-Mediterran tal-Lvant qed tiġi stabbilita wara konferenza ministerjali fit-22 u t-23 ta' Lulju li laqqgħet flimkien diversi stati membri tal-UE u s-sħab tal-Balkani tal-Punent. Wara vidjokonferenza fit-13 ta' Lulju li laqqgħet flimkien għadd ta' stati membri tal-UE u sħab tal-Afrika ta' Fuq, qed isiru aktar sforzi biex jiġu operazzjonalizzati l-kooperazzjoni fil-ġestjoni tal-fruntieri u l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' migranti.

Sħubija Ewropea tal-Pulizija

Il-ministri ddiskutew l-iżvilupp ta' Sħubija Ewropea tal-Pulizija strateġika biex jingħata impetu ġdid lill-kooperazzjoni tal-pulizija fil-livell tal-UE. Huma ffukaw fuq il-ħtieġa li tittejjeb l-arkitettura tas-sigurtà eżistenti fi tliet oqsma:

  • L-applikazzjoni ta' teknoloġiji ġodda, bħall-intelliġenza artifiċjali, biex jinftiehem aħjar il-fluss dejjem jikber ta' data.
  • It-tisħiħ tal-kooperazzjoni operazzjonali bejn il-forzi tal-pulizija billi jiġi kkonsolidat l-acquis dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija u jiġi żgurat li l-uffiċjali jkunu jistgħu jsiru jafu faċilment liema għodod ta' kooperazzjoni huma disponibbli għalihom
  • Il-bini ta' sħubija attiva ma' pajjiżi terzi, billi jiġi żgurat li nistgħu nikkooperaw b'mod effiċjenti filwaqt li naderixxu mal-valuri tagħna.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025