"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Vidjokonferenza tal-ministri għall-affarijiet interni, 13 ta' Novembru 2020

Riżultati ewlenin

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu

Meta l-Ewropa taħdem flimkien biex tiġġieled it-terroriżmu u l-estremiżmu, imbagħad hemm tkun superpotenza. L-istati membri kollha adottaw id-dikjarazzjoni dwar l-aħħar attakki terroristiċi. Dan jibgħat sinjal qawwi ta' solidarjetà. F'dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda fit-tul u bla kompromessi kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu, l-Ewropa taħdem id f'id. Horst Seehofer, Ministru Federali għall-Intern, il-Bini u l-Komunità tal-Ġermanja

Wara l-attakki terroristiċi reċenti, il-ministri taw ħarsa lejn kif jistgħu jkomplu jissaħħu l-isforzi konġunti tal-UE fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u ħarġu dikjarazzjoni konġunta.

F'din id-dikjarazzjoni l-ministri jaffermaw mill-ġdid id-determinazzjoni tagħhom li jirrispettaw il-valuri komuni tal-UE u jiġġieldu dan it-terrur barbaru b'mod olistiku. Huma jfakkru fil-miżuri meħuda matul dawn l-aħħar għoxrin sena u jenfasizzaw għadd ta' azzjonijiet fejn għandha titmexxa 'l quddiem il-ħidma, inkluż fl-oqsma tal-libertà reliġjuża, il-koeżjoni soċjali, it-tisħiħ tas-sigurtà ta' żona Schengen li tiffunzjona tajjeb, l-iżgurar tas-sigurtà, il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni online u offline, l-iskambju ta' informazzjoni dwar persuni li huma ta' theddida terroristika jew estremista vjolenti, ġellieda terroristi barranin, l-arkitettura tal-informazzjoni mġedda tal-UE u l-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi.

Patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil

Il-ministri ddiskutew il-proposti tal-Kummissjoni għal patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil. Kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar elementi ewlenin tal-patt, inkluż dwar id-dimensjoni esterna, il-fażi proposta ta' qabel id-dħul, il-mekkaniżmu ta' solidarjetà, il-migrazzjoni interna u l-ġestjoni tal-ażil, diversi mezzi biex jittejjeb ir-ritorn, ir-rwol tal-aġenziji, il-perkorsi legali għad-dħul fl-Ewropa u l-integrazzjoni.

L-eżami tal-patt ser ikompli fil-livell tekniku, filwaqt li l-ministri huma mistennija jerġgħu lura għal dawn l-elementi ewlenin fil-laqgħa tagħhom f'Diċembru.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025