"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Vidjokonferenza tal-ministri għall-ġustizzja, 2 ta' Diċembru 2020

Riżultati ewlenin

Il-ministri tal-UE ddiskutew l-aspetti tal-ġustizzja tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-iżviluppi tal-istat tad-dritt fil-qasam tal-ġustizzja. Huma ħarsu wkoll lejn l-aħħar żviluppi li jikkonċernaw ir-regolament dwar iċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet u l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu

Wara l-aħħar attakki fi Franza, l-Awstrija u l-Ġermanja, il-ministri ddiskutew l-aspetti tal-ġustizzja tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, fejn koprew għadd ta' kwistjonijiet.

Dwar is-suġġett tad-diskors ta' mibegħda online, il-ministri ddiskutew l-esperjenza tagħhom fil-livell nazzjonali rigward ir-rappurtar ta' reati kriminali marbutin ma' reati ta' mibegħda u diskors ta' mibegħda u aktar azzjoni possibbli. Huma qablu b'mod ġenerali li l-isforzi volontarji tal-pjattaformi online biex jipprevjenu b'mod effettiv it-tixrid ta' tali kontenut illegali mhumiex biżżejjed u jenħtieġu regoli vinkolanti.

Christine Lambrecht, Ministru Federali għall-Ġustizzja u l-Protezzjoni tal-Konsumatur tal-Ġermanja
Il-ġlieda kontra t-terroriżmu hija wkoll ġlieda kontra l-mibegħda u d-disprezz għall-umanità fuq l-internet. Kull min jinċita l-vjolenza għandu jitħarrek b'mod aktar b'saħħtu u fi stadju aktar bikri madwar l-Ewropa. Neħtieġu rekwiżiti ċari madwar l-Ewropa kollha dwar kif il-pjattaformi online jittrattaw diskors ta' mibegħda kriminali. Jekk dawk ir-rekwiżiti ma jiġux sodisfatti, irid ikun hemm sanzjonijiet. Impenji volontarji mhumiex biżżejjed meta wieħed jittratta t-theddid ta' mewt u l-propaganda terroristika. Tassew wasal iż-żmien li n-nies jiġu mħarsa b'mod effettiv kontra l-mewġ ta' mibegħda.
Christine Lambrecht, Ministru Federali għall-Ġustizzja u l-Protezzjoni tal-Konsumatur tal-Ġermanja
Christine Lambrecht, Ministru Federali għall-Ġustizzja u l-Protezzjoni tal-Konsumatur tal-Ġermanja

Il-ministri kkunsidraw ukoll jekk ikunx xieraq li wieħed imur lil hinn mit-tħassir tal-kontenut u li jiġi previst obbligu għall-pjattaformi online li jirrappurtaw reati kriminali relatati ma' reati ta' mibegħda u diskors ta' mibegħda lill-awtorità kompetenti jekk isiru jafu bihom. Il-bilanċ it-tajjeb, skont il-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità, bejn dawn l-obbligi vinkolanti u l-libertà tal-espressjoni ġie enfasizzat ukoll minn xi ministri.

Il-ministri evalwaw il-ħidma li għaddejja fuq il-kooperazzjoni diġitali. Il-presidenza enfasizzat studju tal-Kummissjoni dwar il-ġustizzja kriminali diġitali transkonfinali, li jistipula bosta modi biex id-diġitalizzazzjoni tintuża aktar għall-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-UE. Il-ministri tennew ukoll l-importanza tal-pakkett ta' evidenza elettronika, li dwaru l-Kunsill adotta l-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu f'Diċembru 2018. In-negozjati mal-Parlament Ewropew ser jibdew ladarba dan ikun adotta l-pożizzjoni tiegħu. Bosta stati membri esprimew ukoll il-ħtieġa li tinstab triq 'il quddiem fuq il-kwistjoni taż-żamma tad-data li tieħu kont tal-aħħar sentenzi mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

L-appoġġ għall-vittmi tat-terroriżmu u t-tisħiħ tad-drittijiet tagħhom huwa parti fundamentali mill-politika tal-UE kontra t-terroriżmu. Il-presidenza għarrfet lill-ministri dwar il-ħidma li għaddejja f'dan il-qasam, fejn il-koordinazzjoni f'każijiet b'implikazzjonijiet transkonfinali għad trid tittejjeb biex tiġi ffaċilitata l-għajnuna immedjata għal vittmi ta' attakki kull fejn dan iseħħ.

Il-presidenza ppreżentat ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-isfidi attwali u t-triq 'il quddiem fir-rigward tal-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' estradizzjoni, li ġew adottati fl-1 ta' Diċembru 2020.

Il-ministri kkunsidraw ir-rapport mill-Eurojust u n-Network għall-Ġenoċidju dwar il-prosekuzzjoni kumulattiva ta' ġellieda terroristi barranin għal reati internazzjonali ewlenin u reati marbutin mat-terroriżmu. Ir-rapport jikkonkludi li l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi flimkien ma' reati internazzjonali ewlenin tiżgura r-responsabbiltà kriminali sħiħa tal-awturi, tirriżulta f'sentenzi ogħla u tagħti aktar ġustizzja lill-vittmi.

Stat tad-dritt

Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar l-iżviluppi fl-istat tad-dritt fil-qasam tal-ġustizzja, wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni f'Settembru tar-rapport annwali tagħha tal-2020 dwar l-istat tad-dritt.

Huma qasmu l-fehmiet tagħhom dwar aspetti relatati mal-ġustizzja, l-iżviluppi u l-aħjar prattiki tal-istat tad-dritt, speċjalment fir-rigward tal-elementi ewlenin tal-indipendenza ġudizzjarja, l-effiċjenza u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Huma wrew ukoll appoġġ mifrux għall-ħolqien ta' forum ta' diskussjoni għall-imħallfin bħala għodda importanti biex tissaħħaħ il-bażi komuni f'termini ta' kultura legali u biex jittejbu l-iskambji fil-qasam tal-istat tad-dritt.

Ċessjonijiet tal-pretensjonijiet

Il-ministri ġew infurmati mill-presidenza dwar is-sitwazzjoni attwali tal-proposta għal regolament dwar iċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet.

Matul l-aħħar xhur, sar progress sinifikanti fuq għadd ta' elementi, fosthom ċerti esklużjonijiet mill-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament, id-definizzjoni tal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet u t-trattament ta' stati b'aktar minn sistema legali waħda. Madankollu, għad hemm bżonn ta' aktar ħidma f'għadd ta' oqsma, bħar-regola ġenerali li għandha tiġi applikata, aspetti oħra relatati mal-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta u t-trattament ta' ċessjonijiet ta' pretensjonijiet iggarantiti bi proprjetà immobbli jew assi rreġistrati.

Il-ħidma fuq din il-proposta hija mistennija tkompli fil-livell tekniku taħt il-presidenza Portugiża li jmiss tal-Kunsill.

Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)

Il-ministri għall-ġustizzja ġew infurmati mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regolament dwar l-UPPE. Għaddejja ħidma f'diversi oqsma bil-għan li l-UPPE jkun stabbilit u operazzjonali kompletament mill-aktar fis possibbli.

F'dawn l-aħħar xhur sar progress fil-ħatra tal-Prosekuturi Delegati Ewropej, kif ukoll, fil-Kunsill, dwar ir-relazzjonijiet tal-UPPE ma' pajjiżi terzi u mal-istati membri li ma jipparteċipawx fil-kooperazzjoni msaħħa. Dwar dan l-aħħar punt il-presidenza ħejjiet rapport komprensiv li huwa maħsub biex jipprovdi analiżi fil-fond tal-istrumenti legali rilevanti u gwida għall-passi li jmiss.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025