- Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 4 ta' Marzu 2014
Il-Kunsill jiddiskuti l-prezzijiet u l-ispejjeż li qed jogħlew fl-Ewropa
Meta ltaqgħu fl-4 ta' Marzu, il-ministri għall-enerġija ddiskutew l-impatt tal-ispejjeż u l-prezzijiet tal-enerġija li qed jogħlew fuq il-konsumaturi Ewropej u dwar il-kompetittività industrijali tal-UE.
Il-ministri għall-enerġija li ltaqgħu fil-Kunsill kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dettaljat dwar il-komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni rigward l-ispejjeż u l-prezzijiet tal-enerġija li qed jogħlew fl-Ewropa. Id-diskussjonijiet tagħhom ikkonċentraw fuq tliet oqsma:
- kif il-prezzijiet bl-ingrossa u l-prezzijiet fil-livell tal-konsumatur jistgħu jiġu allinjati aktar mill-qrib
- il-varjazzjoni kbira fl-Istati Membri fl-elementi differenti li jagħmlu l-prezzijiet
- l-azzjonijiet proposti mill-Kummissjoni biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija
Il-ministri laqgħu l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni u appoġġaw b'mod ġenerali l-azzjonijiet proposti biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija. Id-diskussjonijiet tagħhom enfasizzaw il-ħtieġa li jitlesta s-suq intern tal-enerġija sal-2014 u kif għandha tiġi żviluppata l-infrastruttura l-ġdida tal-enerġija biex tkun żgurata provvista sigura li ma taqtax. Barra minn hekk, dawn enfasizzaw li d-djar u l-industrija għad iridu jieħdu azzjoni biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħhom billi jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija.
Rigward il-kwistjoni tal-effett tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija fuq il-kompetittività tal-industrija Ewropea, il-ministri enfasizzaw il-ħtieġa li jinħolqu kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fis-suq dinji tal-enerġija u biex titnaqqas id-differenza fil-prezzijiet tal-enerġija mal-kompetituri minn barra l-UE. Il-ministri qablu wkoll li l-appoġġ għall-kompetittività tal-industrija tal-UE, għat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-enerġija u għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija jista' jgħin biex tiżdied il-koeżjoni soċjali, jitnaqqas il-qgħad u jingħata kontribut għall-objettivi tal-Ewropa dwar il-klima.
Prezzijiet u spejjeż tal-enerġija
Il-prezz tal-enerġija jirreferi għall-prezz li jħallas il-konsumaturi għal kull unità ta' enerġija li jużaw, filwaqt li l-ispejjeż tal-enerġija jirreferi għall-ammont ta' flus li l-konsumaturi għandhom iħallsu għall-konsum tal-enerġija tagħhom.
Il-kontijiet tal-enerġija ġeneralment ikun fihom tliet partijiet:
- Prezz tal-enerġija - l-ispiża tax-xiri jew il-produzzjoni tal-karburant
- Spejjeż tan-netwerk - it-trasmissjoni u d-distribuzzjoni tal-ispejjeż tal-infrastruttura
- Taxxi/imposti - inklużi l-VAT, id-dazji tas-sisa, kif ukoll kwalunkwe imposti jew ħlasijiet speċifiċi tal-enerġija
Suġġetti oħrajn fuq l-aġenda
Il-ministri kellhom ukoll dibattitu ta' orjentazzjoni rigward il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar qafas għall-politiki dwar il-klima u l-enerġija għall-2030. L-elementi ewlenin tal-komunikazzjoni jinkludu objettiv ta' tnaqqis ta' 40% taħt il-livelli tal-1990 għall-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra, objettiv ta' enerġija rinnovabbli ta' mill-inqas 27% tal-konsum tal-enerġija, u konċentrazzjoni fuq l-effiċjenza fl-enerġija. Il-komunikazzjoni ġiet diskussa wkoll fil-Kunsill mill-ministri għall-ambjent fit-3 ta' Marzu 2014. L-eżitu taż-żewġ dibattiti se jikkontribwixxi għad-diskussjonijiet fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-20-21 ta' Marzu.
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Niels Timmermans Press officer
- +32 470 18 22 47
- +32 2 281 32 65
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #TTE
Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Laqgħat li seħħew
Ebda laqgħa
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025