"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 13 ta' Ġunju 2014

Qbil fuq id-direttiva dwar tibdil indirett fl-użu tal-art fil-Kunsill

F'laqgħa dedikata għall-politiki tal-enerġija fit-13 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill laħaq qbil politiku fuq id-direttiva dwar tibdil indirett fl-użu tal-art u ddiskuta kwistjonijiet ta' enerġija ewlenin inkluż is-sigurtà tal-enerġija u l-prezzijiet tal-enerġija

Tibdil indirett fl-użu tal-art

L-abbozz ta' direttiva dwar tibdil indirett fl-użu tal-art (ILUC) għandha l-għan li tnaqqas kemm jista' jkun l-impatt ta' bidliet indiretti fl-użu tal-art fuq l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, filwaqt li tipproteġi l-investimenti eżistenti fil-produzzjoni tal-bijokarburanti.

It-test li ntlaħaq qbil dwaru mill-Kunsill jagħraf u jindirizza l-fenomenu tat-tibdil indirett fl-użu tal-art, jibda transizzjoni għal bijokarburanti b'riskji aktar baxxi ta' tibdil indirett fl-użu tal-art, u jipprovdi perspettiva aktar ċara ta' investiment filwaqt li jħares l-investimenti eżistenti li jkunu saru.

Ftit wara li jintlaħaq qbil politiku, il-Kunsill ser jadotta formalment il-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari.

Segwitu għall-Kunsill Ewropew ta' Marzu

Il-ministri wiżnu s-segwitu għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Marzu 2014 f'rabta ma' tliet oqsma:

  • progress lejn it-tlestija tas-suq intern tal-enerġija
  • il-komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni, li tfasslet fuq it-talba tal-Kunsill Ewropew f'Marzu 2014, dwar strateġija Ewropea għas-sigurtà tal-enerġija
  • dibattitu ta' orjentazzjoni dwar aspetti tal-politiki dwar il-qafas għall-klima u l-enerġija sal-2030

L-eżitu tad-dibattitu ser jiġi ppreżentat lill-President tal-Kunsill Ewropew bi tħejjija għal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew fis-26 u s-27 ta' Ġunju. Id-deċiżjoni finali dwar il-qafas mistennija f'Ottubru 2014.

Suġġetti oħrajn fuq l-aġenda

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar prezzijiet u spejjeż tal-enerġija, il-protezzjoni tal-konsumaturi vulnerabbli u l-kompetittività. Il-konklużjonijiet ikopru 3 oqsma: is-suq intern tal-enerġija, id-dimensjoni esterna, u l-konsumaturi.

Wara preżentazzjoni dwar l-iżviluppi reċenti fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni tal-enerġija, il-ministri kellhom dibattitu politiku dwar il-valur ta' oqfsa multilaterali ta' enerġija.

Suġġetti oħrajn diskussi waqt il-laqgħa tal-Kunsill, kienu jinkludu:

  • kwistjonijiet ta' enerġija marbutin mas-sitwazzjoni fl-Ukraina
  • il-programm ta' ħidma tal-Presidenza Taljana li jmiss

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025