"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 14 ta' Marzu 2014

Il-Kunsill jilħaq qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu fuq il-proposti ewlenin għall-ferroviji

Imlaqqgħin fl-14 ta' Marzu, il-ministri għat-trasport adottaw il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar il-proposta li tagħti kompiti ġodda lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea u dwar il-proposta ta' Shift2Rail

Il-ministri tal-UE għat-trasport li ltaqgħu fil-Kunsill adottaw approċċ ġenerali dwar proposta li tiddefinixxi kompiti ġodda għall-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA). Il-bidliet proposti jirriflettu r-rwol akbar tal-ERA fiċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtorizzazzjoni tal-vetturi. Fost affarijiet oħra, l-ambitu estiż tal-ERA għandu jgħin biex inaqqas l-ispejjeż amministrattivi u jitħaffu l-proċeduri amministrattivi għal impriżi ferrovjarji fl-UE.

Il-bidliet huma parti mill-pilastru tekniku tar-raba' pakkett ferrovjarju, ippubblikat mill-Kummissjoni f'Jannar 2013. Il-pilastru tekniku għandu l-għan li jneħħi ostakoli amministrattivi u tekniċi li fadal għall-ħolqien ta' suq ferrovjarju Ewropew uniku.

Il-ministri adottaw ukoll il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar proposta biex tiġi stabbilita l-Impriża Konġunta Shift2Rail. Din is-sħubija pubblika-privata ser ikollha l-għan li tiżviluppa, teżamina u tapprova teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi li jgħinu biex jitnaqqsu l-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema tat-trasport ferrovjarju, tiżdied il-kapaċità tiegħu, tittejjeb l-affidabbiltà tas-servizzi ferrovjarji u l-impatt ambjentali tal-ivvjaġġar bil-ferroviji.

Il-Parlament Ewropew qed jiġi kkonsultat dwar il-proposta, qabel ma tittieħed deċiżjoni finali mill-Kunsill.

Ir-Raba' Pakkett Ferrovjarju

Ir-raba' pakkett ferrovjarju, ippubblikat mill-Kummissjoni f'Jannar 2013, huwa magħmul minn 6 proposti leġislattivi f'erba' oqsma:

  • Approvazzjoni fl-UE kollha - Il-ferroviji u l-materjal fuq ir-roti għandhom jinbnew u jiġu ċċertifikati darba sabiex ikunu jistgħu jaħdmu fl-UE kollha. Għandu jkun hemm ċertifikat ta' sikurezza uniku.
  • Struttura li taħdem - Jiġi żgurat li ż-żewġ funzjonijiet tal-immaniġġar tal-linji ferrovjarji u t-tmexxija tal-ferroviji jinżammu separati.
  • Aktar aċċess għall-ferroviji - Il-ftuħ ta' ferroviji domestiċi tal-passiġġieri għal atturi ġodda, sabiex tiżdied il-kompetizzjoni u l-effiċjenza
  • Forza tax-xogħol b'ħiliet - Jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipproteġu aħjar lill-persunal meta jiġu trasferiti l-kuntratti tas-servizz pubbliku.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-mobilità urbana kompetittiva u effiċjenti fir-riżorsi. Id-diskussjonijiet iffokaw fuq l-ippjanar tal-mobilità sostenibbli, u fuq l-aħjar mod li jiġu kkoordinati u jintużaw il-mekkaniżmi ta' finanzjament disponibbli fil-livell tal-UE u dak nazzjonali.

Il-Kunsill ġie infurmat ukoll dwar l-aħħar żviluppi fuq diversi fajls leġislattivi attwali, inkluż il-pakkett tal-ajruport, il-proposta biex jiġi emendat ir-Regolament dwar il-promozzjoni tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, u d-direttiva proposta dwar il-karburanti alternattivi (Enerġija Nadifa).

Xi punti ġew ukoll adottati mingħajr ebda diskussjoni:

  • Direttiva dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea
  • Direttiva dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali
  • Il-liberalizzazzjoni tal-viża għall-Moldova
  • Direttiva tal-UE dwar it-tabakk

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025