"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 5 u 6 ta' Ġunju 2014

Il-Kunsill jilħaq qbil politiku dwar il-pilastru tekniku tar-4 pakkett ferrovjarju

Meta ltaqa' fil-5 u s-6 ta' Ġunju fil-Lussemburgu, il-Kunsill iddiskuta u approva varjetà ta' kwistjonijiet dwar it-trasport u t-telekomunikazzjoni, inklużi ftehimiet politiċi dwar elementi tekniċi tar-4 pakkett ferrovjarju u dwar id-daqsijiet tat-trakkijiet

Ir-4 pakkett ferrovjarju

Il-ministri laħqu qbil politiku dwar 3 biċċiet ta' leġislazzjoni li jagħmlu l-'pilastru tekniku' tar-4 pakkett ferrovjarju. Dan il-pilastru tekniku jinkludi abbozz ta' direttivi dwar l-interoperabilità u s-sikurezza tal-ferroviji Ewropej u abbozz ta' regolament dwar l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea.

It-tlestija tal-pilastru tekniku żżid l-ekonomiji ta' skala għall-impriżi ferrovjarji madwar l-UE, tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi u tħaffef il-proċeduri. Għandha wkoll tgħin biex tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni fil-ħruġ ta' ċertifikati ta' sigurtà u awtorizzazzjonijiet ta' vetturi.

Jeħtieġ li l-proposti jiġu approvati kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-Kunsill.

Daqsijiet tat-trakkijiet

Il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar regoli aġġornati għall-piżijiet u l-qisien massimi ta' vetturi tqal tal-merkanzija, xarabanks u kowċijiet. Id-direttivi ġdida proposta għandha l-għan li taġġorna r-regoli attwali biex tittejjeb l-ajrudinamika, l-effiċjenza fil-karburant u s-sigurtà tal-vetturi fuq it-triq.

B'mod partikolari, il-bidliet taħt il-proposta jippermettu li l-ġwienaħ ta' wara jkunu mwaħħlin mal-vettura u li l-parti ta' quddiem tal-vettura tkun iddisinjata b'mod aktar ajrudinamiku. Id-disinn il-ġdid tal-kabina tat-trakkijiet itejjeb il-kamp viżiv tax-xufiera u s-sigurtà kemm tax-xufiera kif ukoll tal-persuni l-oħrajn li jużaw it-triq. L-użu taż-żona ġdida ta' devjazzjoni tal-forma (deflecting shape) u ta' assorbiment tal-kolliżjoni (crumple zone) proposti jnaqqas ħafna l-impatt tal-kolliżjonijiet fuq quddiem.

It-test maqbul tal-Kunsill jippromwovi wkoll l-użu ta' karburanti nodfa billi jippermetti żieda fil-piż ta' tunnellata għall-vetturi b'karburant alternattiv.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Fil-5 ta' Ġunju, il-Kunsill ittratta għadd ta' kwistjonijiet oħra dwar it-trasport, fosthom:

  • is-sitwazzjoni attwali rigward regolament propost dwar regoli ġodda għall-aċċess tas-suq għas-servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet
  • il-progress li sar fl-aġġornament propost fir-regoli għad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru tal-UE
  • ir-reviżjoni ta' nofs it-term tal-politika tal-UE dwar it-trasport marittimu sal-2018 u l-prospetti sal-2020

Fis-6 ta' Ġunju, il-Kunsill iffoka fuq kwistjonijiet ta' telekomunikazzjoni. B'mod partikolari, il-ministri ddiskutew:

  • il-progress fl-abbozz ta' direttiva dwar is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni, bil-għan li jiġi żgurat livell għoli ta' ċibersigurtà fl-UE
  • l-istat attwali tal-proposta biex jiġi emendat il-qafas regolatorju tal-UE dwar it-telekomunikazzjoni, magħruf bħala l-'pakkett tat-telekomunikazzjoni'

Kien hemm ukoll preżentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-Kunsill taħt il-Presidenza Taljana li jmiss.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025