Skip to content
  • Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 08/10/2015, 8 ta' Ottubru 2015

Riżultati ewlenin

Il-liberalizzazzjoni u l-governanza tas-suq ferrovjarju

Il-Kunsill qabel dwar approċċ ġenerali rigward proposti dwar kuntratti ta' servizz pubbliku għas-servizzi nazzjonali tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u għal governanza aktar b’saħħitha tal-infrastruttura ferrovjarja. Il-proposti huma parti mill-pilastru tas-suq tar-raba' pakkett ferrovjarju. Din il-pożizzjoni tal-Kunsill tippermetti lill-presidenza tiftaħ negozjati mal-Parlament Ewropew dwar il-pilastru tas-suq.

Illum ilħaqna qbil dwar ir-regoli tal-UE li ser jgħin il-promozzjoni tal-ferroviji fl-Ewropa kollha. Ninsab sodisfatt bl-appoġġ kbir iżda iktar u iktar sodisfatt bis-soluzzjonijiet bilanċjati u solidi li rnexxielna naqblu dwarhom.” François Bausch, Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Infrastruttura tal-Lussemburgu 

Sigurtà ferrovjarja

Waqt ikla ta’ ħidma, il-ministri kkunsidraw metodi biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ivvjaġġar bil-ferrovija, b’mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni transfruntiera fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. Miżuri oħra diskussi jinkludu t-titjib tal-istat ta' tħejjija tal-operaturi ferrovjarji u t-taħriġ ta' sigurtà tal-persunal kif ukoll aktar użu ta’ teknoloġiji ta’ sigurtà fl-istazzjonijiet u fuq il-ferroviji.

L-emissjonijiet mill-karozzi

Il-Kummissjoni aġġornat lill-ministri bil-ħidma li għaddejja biex jiġu introdotti testijiet aktar preċiżi għall-kejl tal-emissjonijiet mill-karozzi. It-testijiet fil-laboratorju ser jiġu ssupplimentati dalwaqt b'testijiet f'kundizzjonijiet reali tas-sewqan.

White Paper dwar it-trasport

Il-Kunsill organizza dibattitu ta’ orjentazzjoni dwar il-prijoritajiet u l-miri tal-politika tat-trasport tal-UE fil-kuntest tal-White Paper tal-2011 dwar it-trasport.

Il-fond Ewropew għall-investimenti strateġiċi u l-finanzjament mill-UE għat-trasport

Il-Viċi President tal-Kummissjoni, Jyrki Katainen, u l-Viċi President tal-Bank Ewropew tal-Investiment, Pim van Ballekom, aġġornaw lill-ministri dwar opportunitajiet ġodda ta' finanzjament għat-trasport mill-fond Ewropew għall-investimenti strateġiċi (FEIS). Strumenti innovattivi jistgħu jiġu kkombinati ma’ finanzjament għat-trasport f'livell ta' UE bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF).

Ir-roti bħala mezz ta’ trasport sostenibbli

Il-presidenza aġġornat lill-ministri dwar dak li ħareġ mil-laqgħa tal-Kunsill Informali dwar it-trasport dwar il-promozzjoni tas-sewqan tar-roti. Dikjarazzjoni approvata mil-laqgħa informali tappella għal strateġija Ewropea dwar is-sewqan tar-roti.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025