"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 26/11/2015, 26 ta' Novembru 2015

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill laħaq approċċ ġenerali dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar dwar l-effiċjenza fl-enerġija.

L-objettiv ewlieni tal-proposta huwa li jiġu promossi l-innovazzjoni u l-produzzjoni ta’ prodotti dejjem aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Din tippermetti lill-konsumaturi jagħmlu għażliet informati dwar il-konsum tal-enerġija fix-xiri tagħhom, u b'hekk tikkontribwixxi għall-moderazzjoni ġenerali tad-domanda għall-enerġija fil-livell tal-Unjoni.

Nilqa’ bi pjaċir il-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill dwar sistema ta’ governanza tal-Unjoni tal-Enerġija. Dan huwa pass 'il quddiem importanti. Dawn il-konklużjonijiet joħolqu l-opportunità għall-UE u l-istati membri biex jimxu mill-approċċ tekniku eżistenti għall-politika tal-enerġija għal Unjoni tal-Enerġija aktar integrata u politika. Dan ser jiżgura li flimkien noħolqu benefiċċji kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi Il-ministru Schneider, Ministru għall-Ekonomija u l-Kummerċ Barrani tal-Lussemburgu

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li ser jipprovdu gwida lill-Kummissjoni fl-istabbiliment ta' Unjoni tal-Enerġija fix-xhur u s-snin li ġejjin, b’mod partikolari rigward l-istrument ta’ governanza.

Is-sistema ta’ governanza ser timmonitorja l-progress kollettiv tal-UE biex jintlaħqu l-miri tal-UE dwar l-enerġija u l-klima u l-objettivi ta' politika ġenerali fil-ħames dimensjonijiet. Hija ser tipprovdi wkoll ħarsa ġenerali konsistenti u trasparenti dwar l-istat tal-Unjoni tal-Enerġija.

Il-Kunsill kellu dibattitu ta’ orjentazzjoni, f’sessjoni pubblika, dwar disinn ġdid tas-suq tal-enerġija u dwar patt ġdid għall-konsumaturi tal-enerġija, bħala parti mis-segwitu għal dawn iż-żewġ komunikazzjonijiet relatati tal-Kummissjoni. Il-proposti leġislattivi dwar iż-żewġ kwistjonijiet huma mistennija għat-tieni nofs tal-2016.

L-enfasi tad-dibattitu kien fuq ir-rwol, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-Operaturi tas-Sistema ta’ Distribuzzjoni (DSO) u r-riforma tas-swieq tal-enerġija bl-imnut.

F’dan il-kuntest, il-ministri ħadu nota tal-ewwel rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tal-Unjoni tal-Enerġija, ippreżentat mill-Kummissarju Šefčovič. Ir-rapport jipprovdi analiżi tas-sitwazzjoni tal-enerġija kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali, abbażi ta' żjarat tal-Kummissarju f'kull stat membru u jinkludi skedi informattivi għal kull pajjiż, kif ukoll rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni.

Waqt ikla ta’ ħidma, il-ministri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar il-konferenza li ġejja dwar it-tibdil fil-klima f’Pariġi (COP21), wara li ngħataw informazzjoni mill-Kummissarju Arias Cañete dwar l-istat attwali tat-tħejjijiet.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025