"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Straordinarju Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 26 ta' Lulju 2022

Riżultati ewlenin

Il-ministri għall-enerġija tal-UE laħqu qbil politiku dwar tnaqqis volontarju tad-domanda għall-gass naturali bi 15% għal din ix-xitwa. L-għan ta' dan ir-regolament tal-Kunsill huwa li jiġi ffrankat il-gass sabiex issir tħejjija għal interruzzjonijiet possibbli fil-provvisti tal-gass mir-Russja li qiegħda kontinwament tuża l-provvisti tal-enerġija bħala arma. Ir-regolament jipprevedi l-possibbiltà għall-Kunsill li jiskatta "Allert tal-Unjoni" dwar is-sigurtà tal-provvista, f'liema każ it-tnaqqis fid-domanda għall-gass isir obbligatorju.

L-UE hija magħquda u solidali. Id-deċiżjoni tal-lum uriet b'mod ċar li l-istati membri ser jibqgħu sodi kontra kwalunkwe tentattiv Russu li jaqsam l-UE billi jintużaw il-provvisti tal-enerġija bħala arma. L-adozzjoni tal-proposta għat-tnaqqis tal-gass fi żmien rekord bla dubju saħħet is-sigurtà tal-enerġija komuni tagħna. L-iffrankar tal-gass issa ser itejjeb it-tħejjija. Ix-xitwa ser tkun ħafna orħos u aktar faċli għaċ-ċittadini u l-industrija tal-UE. Jozef Síkela, ministru Ċek għall-industrija u l-kummerċ

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni tal-enerġija fl-Ewropa fil-kuntest tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Il-ministri kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar il-miżuri nazzjonali u l-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom, kif ukoll dwar aktar azzjonijiet fuq terminu qasir biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-UE.

Il-ministri ddiskutew kif jista' jiġi stimulat tnaqqis fid-domanda minn klijenti protetti (bħal unitajiet domestiċi u entitajiet kritiċi) qabel ix-xitwa sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' skarsezza ta' gass għal klijenti kritiċi li mhumiex protetti. Kellhom skambju ta' fehmiet dwar liema miżuri, flimkien mal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki tal-iffrankar tal-enerġija, għandhom jingħataw prijorità biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija qabel ix-xitwa li jmiss filwaqt li tiġi żgurata provvista stabbli tal-enerġija għall-industrija u ċ-ċittadini.

Il-ministri ddiskutew ukoll l-inizjattivi tal-pakkett "Niffrankaw il-gass għal xitwa sikura" ppreżentati mill-Kummissjoni fl-20 ta' Lulju, b'mod partikolari kif beħsiebhom jagħmlu użu mill-miżuri, biex jiżguraw li r-riżorsi tal-gass disponibbli jiġu kondiviżi fost l-istati membri.

Taħt affarijiet oħra, il-Greċja qasmet informazzjoni dwar il-pjan għas-suq tal-enerġija biex il-prezzijiet tal-elettriku jiġu diżakkoppjati mill-prezzijiet tal-gass naturali li dejjem jogħlew.

Wara l-laqgħa, il-ministri kellhom ikla informali mal-ministru għall-enerġija tal-Ukrajna German Galushchenko biex jiddiskutu l-kooperazzjoni tal-UE mal-Ukrajna fil-qasam tal-enerġija.

Fil-laqgħa, il-Kunsill adotta mingħajr diskussjoni l-"punti A" elenkati hawn taħt.

Siltiet ewlenin mill-Kunsill Enerġija straordinarju li sar fi Brussell fis-26 ta' Lulju 2022

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025