"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Straordinarju Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 30 ta' Settembru 2022

Riżultati ewlenin

L-infografika tippreżenta t-tliet miżuri ta' emerġenza maqbula mill-pajjiżi tal-UE biex jgħinu lill-konsumaturi jiffaċċaw il-kostijiet għoljin tal-enerġija minħabba l-kriżi tal-enerġija.

Kriżi tal-enerġija: Tliet miżuri kkoordinati mill-UE biex jitnaqqsu l-kontijiet (Infografika)

Il-ministri għall-enerġija tal-UE qablu dwar regolament li jindirizza l-prezzijiet għoljin tal-enerġija u ddiskutew aktar miżuri biex itaffu l-prezzijiet għoljin tal-gass.

Regolament biex jindirizza l-prezzijiet għoljin tal-elettriku

Il-ministri għall-enerġija tal-UE laħqu qbil politiku dwar regolament dwar intervent ta' emerġenza biex jindirizza l-prezzijiet għoljin tal-elettriku. Ir-regolament ser jiġi adottat formalment permezz ta' proċedura bil-miktub fil-jiem li ġejjin.

Jozef Síkela, Ministru għall-industrija u l-kummerċ taċ-Ċekja
Qed ngħixu fi żminijiet eċċezzjonali u qed naħdmu b'mod eċċezzjonalment rapidu, koordinat u solidali biex niffurmaw front magħqud kontra l-użu kontinwu tal-armi tal-provvista tal-enerġija mir-Russja. Il-qbil li ntlaħaq illum ser jagħti għajnuna liċ-ċittadini u lill-kumpaniji Ewropej. L-istati membri ser inaqqsu d-domanda għall-elettriku matul l-aktar ħinijiet intensivi, li ser ikollha effett pożittiv dirett fuq il-prezzijiet. L-istati membri ser iqassmu mill-ġdid il-profitti żejda mis-settur tal-enerġija lil dawk li qed jitħabtu biex iħallsu l-kontijiet tagħhom.
Jozef Síkela, Ministru għall-industrija u l-kummerċ taċ-Ċekja
Jozef Síkela, Ministru għall-industrija u l-kummerċ taċ-Ċekja

Ir-regolament jinkludi miżuri biex titnaqqas id-domanda għall-elettriku matul l-aktar ħinijiet intensivi sabiex jitnaqqsu l-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi. Jintroduċi miżuri biex jinġabar surplus tad-dħul mill-produzzjoni tal-elettriku u kontribuzzjoni ta' solidarjetà mis-surplus tal-profitti tas-setturi tal-fjuwils fossili, li ser jintużaw biex itaffu l-impatt tal-prezzijiet għoljin fuq il-klijenti finali u jipproteġu aktar lill-klijenti bl-imnut tal-elettriku.

Għażliet ta' politika għat-tnaqqis tal-prezzijiet għoljin tal-gass

Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar aktar għażliet ta' politika biex jittaffew il-prezzijiet għoljin tal-gass. L-istati membri fakkru fl-unità u s-solidarjetà fl-isforzi komuni tagħhom biex jiżguraw il-provvista tal-enerġija tal-UE u jtaffu l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija fuq il-konsumaturi u l-ekonomija.

Il-ministri tennew l-appell tagħhom għal rispons rapidu u koordinat fl-UE kollha biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-gass.

Illum, approvajna sett tajjeb ħafna ta' miżuri li ser jippermettulna ntaffu l-konsegwenzi tas-sitwazzjoni bla preċedent fuq is-swieq tal-enerġija. Madankollu, jeħtieġ ukoll li nagħmlu sforz massimu f'miżuri addizzjonali biex niżguraw li nindirizzaw ukoll il-kawżi tas-sitwazzjoni attwali. Il-Presidenza hija lesta li tkompli taħdem bla heda fuq is-soluzzjonijiet kollha meħtieġa. Jozef Síkela, Ministru għall-industrija u l-kummerċ taċ-Ċekja

Bħala segwitu għall-gwida politika mogħtija mill-Kunsill fil-Kunsill Straordinarju dwar l-Enerġija fid-9 ta' Settembru, il-Kummissjoni qed tħejji azzjonijiet possibbli għal interventi koordinati fis-suq tal-gass ta' emerġenza, inkluż intervent fuq il-prezzijiet tal-gass u tisħiħ tas-solidarjetà fost l-istati membri.

Il-ministri appellaw lill-Kummissjoni biex tippreżenta aktar miżuri inklużi proposti leġiżlattivi possibbli bħala kwistjoni ta' urġenza kbira.

Il-ministri esprimew il-ħtieġa għal rispons tal-UE li jillimita l-influwenza tar-Russja fuq is-suq Ewropew tal-gass, jiddiversifika l-fornituri u r-rotot, itaffi l-volatilità eċċessiva tal-prezzijiet u jnaqqas il-prezz imħallas mill-klijenti Ewropej, filwaqt li tkompli t-tranżizzjoni tal-enerġija.

Il-Kunsill esprima r-rieda tiegħu li jsegwi kwalunkwe inizjattiva b'determinazzjoni.

Tnixxijiet ta' gass fil-pipelines tan-Nord Stream

Taħt affarijiet oħra d-Danimarka, appoġġata mill-Ġermanja u l-Iżvezja, għarrfet lill-ministri dwar it-tnixxijiet ta' gass reċenti mill-pipelines ta' Nord Stream 1 u 2 ħdejn il-gżira ta' Bornholm fid-Danimarka.

L-istati membri fakkru fid-dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli Josep Borrell f'isem l-Unjoni Ewropea dwar it-tnixxijiet mill-pipelines tal-gass ta' Nord Stream u ssottolinjaw li ma hemm l-ebda impatt immedjat fuq is-sigurtà tal-provvista tal-UE, la għall-gass u lanqas għall-elettriku.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025