"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Straordinarju Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 9 ta' Settembru 2022

Riżultati ewlenin

Il-ministri għall-enerġija tal-UE kellhom żewġ skambji ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni tal-enerġija fl-UE.

Miżuri biex jittaffew il-prezzijiet għoljin tal-enerġija

Matul l-ewwel diskussjoni l-ministri esprimew il-preferenzi tagħhom dwar għażliet ta' politika differenti biex jittaffa l-piż tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija fuq iċ-ċittadini, is-servizzi pubbliċi, in-negozji u l-industrija, li jistgħu jiġu implimentati fil-livell tal-UE fi żmien qasir.

Jozef Síkela, ministru Ċek għall-industrija u l-kummerċ
Illum, irnexxielna naqblu dwar direzzjoni komuni għal miżuri ta' emerġenza temporanji u biex nagħtu kompitu ċar lill-Kummissjoni biex tressaq proposta robusta u tanġibbli fi ftit jiem. Ser nagħmlu wkoll kull m'hemm bżonn biex ngħinu liċ-ċittadini u lill-kumpaniji tagħna li qed jiffaċċjaw prezzijiet għoljin tal-enerġija.
Jozef Síkela, ministru Ċek għall-industrija u l-kummerċ
Jozef Síkela, ministru Ċek għall-industrija u l-kummerċ

Id-diskussjoni kienet ibbażata fuq nota tal-presidenza li tenfasizza diversi għażliet għal azzjonijiet fuq perjodu qasir li jistgħu jtaffu s-sitwazzjoni tal-enerġija. Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll dokumenti informali lid-delegazzjonijiet li jipprovdu valutazzjoni preliminari tal-għażliet għal miżuri ta' emerġenza biex jitrażżnu l-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass li qed jogħlew.

Id-diskussjoni wasslet għal erba' oqsma prinċipali li l-istati membri jistennew li l-Kummissjoni taġixxi dwarhom. Dawn jinkludu l-iffissar ta' limitu massimu fuq id-dħul tal-produtturi tal-elettriku li jiffaċċjaw kostijiet baxxi tal-produzzjoni; il-possibbiltà ta' ffissar ta' limitu massimu fuq il-prezz tal-gass; miżuri għal tnaqqis ikkoordinat tad-domanda għall-elettriku mal-UE kollha; miżuri li jgħinu biex tissolva l-kwistjoni ta' tnaqqis fil-likwidità.

Il-ministri appellaw għal azzjoni rapida u l-presidenza esprimiet id-determinazzjoni tagħha li tittratta malajr il-proposti li ser tressaq daqt il-Kummissjoni.

Tħejjija għax-xitwa

Il-ministri mbagħad ippreżentaw is-sitwazzjoni attwali tal-istat ta' tħejjija ta' pajjiżhom għal din ix-xitwa. L-Istati membri tal-UE wettqu diversi azzjonijiet kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE. B'mod partikolari adottaw regolament biex jimtlew il-ħażniet tal-gass u biex jinqasmu fi spirtu ta' solidarjetà, sorsi ta' provvista diversifikati u impenjaw ruħhom biex din ix-xitwa jnaqqsu d-domanda għall-gass bi 15%. Minkejja l-iżviluppi reċenti, u b'mod partikolari l-qtugħ tal-flussi tal-gass Russu minn Nordstream I, l-Ewropa hija ppreparata għal din ix-xitwa. Ir-riżervi tal-gass ta' taħt l-art tal-UE mtlew bi 82.5% tal-kapaċità tagħhom, ħafna qabel l-iskadenza tal-1 ta' Novembru stabbilita fir-regolament dwar il-ħżin tal-gass.

Il-Kunsill adotta mingħajr dibattitu l-lista ta' ''punti A" elenkati hawn taħt, inkluż proposta għal deċiżjoni biex jiġi sospiż il-ftehim għall-faċilitazzjoni tal-viża mar-Russja.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025