"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 27 ta' Ġunju 2022

Riżultati ewlenin

Pakkett "Lesti għall-mira ta' 55%"

Il-Kunsill adotta l-pożizzjonijiet ta' negozjar tiegħu (approċċi ġenerali) dwar żewġ proposti li jindirizzaw l-aspetti tal-enerġija tat-tranżizzjoni klimatika tal-UE taħt il-pakkett "Lesti għall-Mira ta' 55%":

  • reviżjoni tad-direttiva dwar l-effiċjenza fl-enerġija
  • reviżjoni tad-direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli
Agnès Pannier-Runacher, Ministru għat-Tranżizzjoni tal-Enerġija ta' Franza
Il-qbil tal-istati membri dwar dawn iż-żewġ proposti huwa pass kbir 'il quddiem fil-ġlieda kontra t-tisħin globali. Sabiex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tagħna, huwa essenzjali li ssir id-dekarbonizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija tagħna permezz ta' użu massiv ta' enerġiji rinnovabbli u sforzi sinifikanti fl-iffrankar tal-enerġija. Dan ser jgħinna wkoll innaqqsu d-dipendenza tagħna fuq ir-Russja għall-enerġija, fil-kuntest tal-gwerra fl-Ukrajna.
Agnès Pannier-Runacher, Ministru għat-Tranżizzjoni tal-Enerġija ta' Franza
Agnès Pannier-Runacher, Ministru għat-Tranżizzjoni tal-Enerġija ta' Franza

Il-produzzjoni u l-użu tal-enerġija jammontaw għal 75% tal-emissjonijiet tal-UE u l-miri miżjuda maqbula llum ser ikunu kontribut importanti biex jintlaħaq l-għan ġenerali tal-UE li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra b'mill-inqas 55% sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

L-infografika tippreżenta l-elementi ewlenin tar-regoli proposti l-ġodda tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli.

Lesti għall-mira ta' 55%: kif l-UE biħsiebha tagħti spinta lill-enerġija rinnovabbli (Infografika)

Dekarbonizzazzjoni

Il-presidenza ppreżentat rapport dwar il-progress li sar fuq proposta dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Il-Kummissjoni adottat din il-proposta fil-15 ta' Diċembru 2021, bħala parti mill-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55%" u d-diskussjonijiet dwar il-proposta bdew taħt il-Presidenza Franċiża. Din id-direttiva hija strument essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi ta' dekarbonizzazzjoni tal-UE stabbiliti għall-2030 u l-2050. Fil-livell tal-UE, il-bini jirrappreżenta 40% tal-konsum tal-enerġija u 36% tal-emissjonijiet diretti u indiretti tal-gassijiet serra relatati mal-enerġija.

Il-ministri ħadu nota wkoll ta' rapport ippreżentat mill-presidenza dwar il-progress li sar fuq proposta biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan fl-UE. Il-metan huwa gass serra b'impatt sinifikanti fuq it-tibdil fil-klima, u l-aktar tnaqqis kosteffettiv jista' jinkiseb fis-settur tal-enerġija. Il-Kummissjoni ppreżentat din il-proposta fl-14 ta' Diċembru 2021, bħala parti mill-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55%".

L-infografika tippreżenta l-elementi ewlenin tar-reviżjoni tad-direttiva tal-UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija

Lesti għall-mira ta' 55%: kif l-UE ser issir iktar effiċjenti fl-enerġija (Infografika)

Ħżin tal-gass

Il-Kunsill adotta regolament dwar il-ħżin tal-gass li għandu l-għan li jiżgura li l-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass fl-UE jimtlew qabel ix-xitwa u jkunu jistgħu jinqasmu bejn l-istati membri fi spirtu ta' solidarjetà.

Is-sitwazzjoni tal-enerġija fl-UE fil-kuntest tal-gwerra fl-Ukrajna

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni tal-enerġija fl-UE fil-kuntest tal-gwerra fl-Ukrajna. Il-ministri kellhom diskussjoni politika dwar l-iżviluppi attwali fis-settur tal-gass naturali u qasmu informazzjoni dwar il-livell ta' tħejjija ta' pajjiżhom għax-xitwa li ġejja. Il-ministri ddiskutew ukoll azzjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu previsti sabiex tissaħħaħ it-tħejjija komuni tal-UE. F'dan il-kuntest, il-ministri laqgħu l-pjan REPowerEU, ippreżentat mill-Kummissjoni f'Mejju 2022 u l-ħolqien tal-Pjattaforma tal-Enerġija tal-UE, li ser ikollha l-kompitu li taħdem ma' fornituri internazzjonali u timmaniġġa x-xiri volontarju tal-gass.

Mappa li turi ċrieki ta' daqsijiet differenti, kull wieħed minnhom jinsab fi stat membru tal-UE fejn hemm faċilitajiet għall-ħżin tal-gass. Id-daqs ta' kull ċirku jikkorrispondi għall-kapaċità ta' ħżin ta' dak il-pajjiż.

Kemm ħażnu gass il-pajjiżi tal-UE? (Infografika)

Kwistjonijiet oħra

Il-presidenza pprovdiet aġġornament dwar is-sitwazzjoni attwali u l-passi li jmiss tal-proposta dwar il-ħżin tal-gass.

Il-Kummissjoni għarrfet lill-ministri dwar l-aħħar żviluppi fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni fir-rigward tal-enerġija.

Iċ-Ċekja ppreżentat il-programm ta' ħidma għall-presidenza li jmiss tagħha.

Il-Kunsill iddeċieda li jestendi sat-30 ta' Ġunju 2023 il-mandati ta' żewġ missjonijiet ċivili tiegħu tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK), il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EUBAM Rafah) u l-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS). Il-missjonijiet huma parti minn sforzi usa' tal-UE b'appoġġ għall-bini tal-istat Palestinjan.

Il-Kunsill adotta mingħajr dibattitu l-"punti A" elenkati hawn taħt.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025