"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kriminalità ambjentali

Il-kriminalità ambjentali hija waħda mill-aktar attivitajiet kriminali organizzati li trendi profitt fid-dinja u għandha impatt kbir mhux biss fuq l-ambjent, iżda wkoll fuq is-saħħa tal-bniedem.

X'inhi l-kriminalità ambjentali?

Il-kriminalità ambjentali tinkludi:

  • ġbir, trasport, irkupru jew rimi mhux xieraq tal-iskart
  • emissjoni jew skariku illegali ta' sustanzi fl-atmosfera, fl-ilma jew fil-ħamrija
  • il-qtil, qerda, pussess ta' speċijiet protetti ta' annimali jew pjanti selvaġġi jew il-kummerċ tagħhom
  • kummerċ illegali f'sustanzi li jnaqqsu l-ożonu

Infografika li tispjega x'inhi l-kriminalità ambjentali u r-riżultati tal-isforzi tal-UE kontra l-kriminalità ambjentali.

Il-ġlieda tal-UE kontra l-kriminalità ambjentali (Infografika)

X'azzjoni qed tieħu l-UE biex trażżan il-kriminalità ambjentali?

L-UE ħadet azzjoni biex tiġġieled in-networks kriminali involuti fil-forom kollha ta' kriminalità ambjentali, inkluż bl-introduzzjoni ta' regoli dwar il-ġestjoni tal-iskart u dwar il-kummerċ fl-organiżmi selvaġġi u l-pjanti. L-UE qed issaħħaħ ukoll ir-regoli eżistenti dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali.

Il-pajjiżi tal-UE biħsiebhom jagħmlu aktar, b'mod partikolari billi jolqtu l-gruppi kriminali b'kapaċità li jinfiltraw strutturi kummerċjali legali jew li jistabbilixxu l-kumpaniji tagħhom stess biex jiffaċilitaw ir-reati kriminali tagħhom.

Fis-16 ta' Novembru 2023, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew laħqu ftehim proviżorju dwar il-liġi l-ġdida tal-UE.

Fis-26 ta' Marzu 2024, il-Kunsill adotta din il-liġi riveduta tal-UE b'sanzjonijiet aktar stretti u lista estiża ta' reati.

L-aħħar reviżjoni: 26 ta' Marzu 2024