Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 22 ta' Mejju 2017 11:00

Aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Kunsill: Rapport tal-2016

Aktar minn 350 000 dokument huma elenkati fir-reġistru tal-Kunsill, u aktar minn 70% minn dawn huma pubbliċi u jistgħu jitniżżlu mingħajr ħlas. Dak hu wieħed mill-punti ewlenin fir-rapport tal-Kunsill tal-2016 dwar l-aċċess għad-dokumenti li ġie approvat mill-Kunsill fit-22 ta' Mejju 2017.

Matul l-2016, ġew miżjuda 22 671 dokument fir-reġistru, li 71% minnhom, jew 16 181 dokument, huma pubbliċi. Ir-reġistru pubbliku tal-Kunsill ġie kkonsultat madwar 380 000 darba u ġibed 9% tat-traffiku fuq is-sit web tal-Kunsill.

Biex jingħata aċċess għal dokument fir-reġistru tal-Kunsill li ma jkunx pubbliku mill-ewwel, kwalunkwe persuna interessata tista' titlob aċċess. Jekk jiġi miċħud l-aċċess fi stadju inizjali, tista' ssir applikazzjoni konfermatorja. Fl-2016, il-Kunsill irċieva 2 342 talba inizjali għal aċċess għal dokumenti u 24 applikazzjoni konfermatorja, li jeħtieġu l-analiżi ta' 10 232 dokument. Ingħata aċċess sħiħ għal 7 307 dokument (li minnhom 7 273 fl-istadju inizjali) u aċċess parzjali għal 556 dokument (501 fl-istadju inizjali). Aktar minn 76% tad-dokumenti li ntalab aċċess għalihom inħarġu b'mod sħiħ, u aktar minn 82% b'mod sħiħ jew parzjalment.

Out of the 10232 documents requested, 2458 were refused and 7774 released

Għal xi dokumenti l-aċċess ġie miċħud fuq il-bażi ta' raġunijiet leġittimi spjegati fir-regolament tal-UE dwar aċċess għal dokumenti. Dawn jinkludu b'mod partikolari l-bżonn li jitħarsu l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill u l-interess pubbliku b'rabta mar-relazzjonijiet internazzjonali u s-sigurtà pubblika.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2024