Maġġoranza sempliċi
Tintlaħaq maġġoranza sempliċi jekk mill-inqas 14-il membru tal-Kunsill jivvotaw favur.
Il-Kunsill jieħu d-deċiżjonijiet b'maġġoranza sempliċi:
- fi kwistjonijiet proċedurali, bħall-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu stess u l-organizzazzjoni tas-segretarjat ġenerali tiegħu u l-adozzjoni tar-regoli għall-kumitati previsti fit-trattati
- biex jitlob lill-Kummissjoni twettaq studji jew tressaq proposti
Ara wkoll
L-aħħar reviżjoni: 12 ta' Frar 2026