"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Agrikoltura u Sajd

Vidjokonferenza informali tal-ministri għas-sajd, 22 ta' Frar 2021

Riżultati ewlenin

F'vidjokonferenza informali qasira, il-ministri għas-sajd kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-konsultazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit dwar l-istabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2021 u, għall-istokkijiet tal-baħar fond, għall-2021 u l-2022. Is-sessjoni bdiet bil-Kummissjoni Ewropea tinforma lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali u tirreferi għall-progress li sar wara l-ewwel żewġ ċikli ta' konsultazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit; ippreżentat ukoll fil-qosor il-proposta tagħha għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-UE għal dawn il-konsultazzjonijiet.

Il-ministri rringrazzjaw lill-Kummissjoni għall-kooperazzjoni mill-qrib u tajba li kien hemm s'issa, filwaqt li enfasizzaw il-ħtieġa li tissokkta bl-istess pass. Il-ministri esprimew ukoll b'mod unanimu l-appoġġ qawwi tagħhom għal konklużjoni rapida tan-negozjati. Tennew it-talba tagħhom għal ftehim li jiggarantixxi kundizzjonijiet indaqs bejn il-flotot tas-sajd tal-UE u tar-Renju Unit u jirrispetta t-tliet pilastri tal-Politika Komuni tas-Sajd: dak soċjali, ambjentali u ekonomiku.

Ricardo Serrão Santos, Ministru għall-Baħar tal-Portugall
Qegħdin ilkoll f'baħar wieħed f'dak li għandu x'jaqsam mal-objettivi tan-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit dwar l-opportunitajiet tas-sajd: irridu niżguraw qafas ċar, sostenibbli u bbilanċjat li jkun ta' benefiċċju għas-sajjieda, il-konsumaturi u l-ibħra tagħna.
Ricardo Serrão Santos, Ministru għall-Baħar tal-Portugall
Ricardo Serrão Santos, Ministru għall-Baħar tal-Portugall
Matul il-laqgħa, diversi delegazzjonijiet esprimew l-appoġġ tagħhom għal konklużjoni rapida tan-negozjati bejn l-UE u n-Norveġja, li tippermetti lill-flotot Ewropej jidħlu fl-ilmijiet Norveġiżi.

Informazzjoni Ġenerali

Fi Frar 2021, il-Kummissjoni adottat proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed (f'isem l-UE) fil-konsultazzjonijiet bilaterali. Din il-pożizzjoni hija bbażata fuq l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd, inkluż l-aspetti soċjoekonomiċi, billi tibbaża d-deċiżjonijiet fuq l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, tiżgura kundizzjonijiet ekwi, u tiżgura r-rispett għall-obbligi internazzjonali. Il-presidenza Portugiża issa ser tikkonsolida l-kummenti, ipprovduti mill-Istati Membri, fi proposta ta' kompromess tal-Kunsill, biex tiġi adottata malajr fil-bidu ta' Marzu (permezz ta' proċedura bil-miktub).

Affarijiet oħra

Id-delegazzjoni Spanjola infurmat lill-ministri dwar it-tħejjija għas-Seba' Ċiklu ta' negozjati għat-tiġdid tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPA) tal-UE mar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania. Diversi delegazzjonijiet appoġġaw it-talba lill-Kummissjoni Ewropea biex tiffinalizza n-negozjati malajr kemm jista' jkun.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024