"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Agrikoltura u Sajd

Vidjokonferenza informali tal-ministri għas-sajd, 9 ta' Ġunju 2021

Riżultati ewlenin

Fid-9 ta' Ġunju 2021, il-ministri tal-UE għas-sajd iltaqgħu permezz ta' vidjokonferenza biex jiddiskutu l-ftehim proviżorju dwar l-opportunitajiet tas-sajd li kien ġie konkluż reċentement bejn l-UE u r-Renju Unit. Dan il-ftehim kopra l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021 u, għall-istokkijiet tal-baħar fond, għall-2021 u l-2022. Wara dikjarazzjoni tal-ftuħ mill-president Ricardo Serrão Santos, Ministru għall-Affarijiet Marittimi tal-Portugall, il-Kummissjoni Ewropea infurmat lill-ministri dwar l-eżitu tal-konsultazzjonijiet.

Imbagħad segwiet diskussjoni, li matulha l-ministri rringrazzjaw lill-Kummissjoni għall-ħidma iebsa tagħha u esprimew l-appoġġ tagħhom għall-ftehim proviżorju, li huma ħassew li jiżgura rispett kontinwu għall-pilastri soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-Politika Komuni tas-Sajd, jipprovdi ċ-ċertezza li l-industrija tas-sajd kienet teħtieġ, u jwitti t-triq għal konsultazzjonijiet futuri mar-Renju Unit dwar id-drittijiet tas-sajd.

Ricardo Serrão Santos, Ministru għall-Affarijiet Marittimi tal-Portugall
Dan il-ftehim jirrappreżenta stadju importanti fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit u jistabbilixxi preċedent b'saħħtu għal negozjati futuri mar-Renju Unit dwar l-opportunitajiet tas-sajd. Dan jipprovdi ċarezza u stabbiltà għas-sajjieda, filwaqt li jiżgura wkoll li r-riżorsi tal-baħar ikomplu jintużaw b'mod sostenibbli.
Ricardo Serrão Santos, Ministru għall-Affarijiet Marittimi tal-Portugall
Ricardo Serrão Santos, Ministru għall-Affarijiet Marittimi tal-Portugall

Kuntest

F'Marzu 2021, wara proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill adotta deċiżjoni dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'konsultazzjonijiet bilaterali mar-Renju Unit dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021 u, għall-istokkijiet tal-baħar fond, għall-2021 u l-2022. Din il-pożizzjoni kienet ibbażata fuq l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jinkludu l-aspetti soċjoekonomiċi, it-teħid ta' deċiżjonijiet ibbażat fuq l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, kondizzjonijiet ekwivalenti u r-rispett għall-obbligi internazzjonali. Il-presidenza Portugiża issa ser timxi 'l quddiem bl-approvazzjoni tal-pożizzjoni tal-UE.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024