"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Agrikoltura u Sajd

Kunsill Agrikoltura u Sajd, 19 ta' Lulju 2021

Riżultati ewlenin

Agrikoltura

Prijoritajiet tal-presidenza Slovena

Il-Ministru Sloven għall-Agrikoltura, il-Forestrija u l-Ikel, Jože Podgoršek, ippreżenta l-prijoritajiet fil-qasam tal-agrikoltura u s-sajd. Dawn il-prijoritajiet jinkludu l-istrateġija tal-forestrija tal-UE, l-agrikoltura sostenibbli u l-iżvilupp rurali (id-diġitalizzazzjoni, l-isfidi demografiċi u r-rwol tan-nisa), it-titjib tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel, il-bijodiversità, u t-tikkettar tal-ikel (inklużi taħlitiet tal-għasel). Il-presidenza ser ikollha l-għan ukoll li tikkonkludi fajls leġiżlattivi ewlenin li għadhom għaddejjin, fosthom ir-regolament dwar il-kontroll tas-sajd u r-riforma tal-politika agrikola komuni.

Jože Podgoršek, il-Ministru għall-Agrikoltura, il-Forestrija u l-Ikel tas-Slovenja
Għandna bosta xhur bieżla quddiemna iżda qed nistennew bil-ħerqa l-isfidi u l-opportunitajiet li ser iġġib il-presidenza tal-Kunsill. Aħna impenjati li nimxu 'l quddiem bl-istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt, niżguraw sistemi sostenibbli tal-ikel u noħolqu viżjoni dejjiema għaż-żoni rurali. Barra minn hekk, determinati li nipprovdu ċertezza għall-bdiewa tal-UE billi nikkonkludu r-riforma tal-Politika Agrikola Komuni qabel tmiem il-mandat tagħna.
Jože Podgoršek, il-Ministru għall-Agrikoltura, il-Forestrija u l-Ikel tas-Slovenja
Jože Podgoršek, il-Ministru għall-Agrikoltura, il-Forestrija u l-Ikel tas-Slovenja

Pjan ta' azzjoni favur biedja organika

Il-ministri wrew l-appoġġ tagħhom kemm għall-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni għall-iżvilupp tal-produzzjoni organika kif ukoll għall-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar dan il-pjan. Ħafna delegazzjonijiet tkellmu biex jenfasizzaw għadd ta' aspetti tal-pjan, inkluż il-ħtieġa li tingħata spinta lid-domanda għal prodotti organiċi billi titqajjem kuxjenza fost il-konsumaturi u l-istituzzjonijiet pubbliċi bħall-iskejjel jiġu mħeġġa biex jipprovdu ikel organiku fil-canteens tagħhom. Għadd ta' stati membri enfasizzaw ukoll il-punti ta' tluq differenti tal-istati membri u l-ħtieġa li jittieħed kont ta' dawn id-differenzi.

Skont l-istrateġija tal-Patt Ekoloġiku Ewropew mill-għalqa sal-platt, il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet għan t'’ "mill-inqas 25% tal-art agrikola tal-UE taħt biedja organika u żieda sinifikanti fl-akkwakultura organika sal-2030". Biex tilħaq dan il-għan u biex tgħin lis-settur organiku jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu, il-Kummissjoni ressqet pjan ta' azzjoni għall-produzzjoni organika fl-UE.

Kwistjonijiet agrikoli relatati mal-kummerċ

Il-ministri rċevew informazzjoni mill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet agrikoli relatati mal-kummerċ, inkluż l-effetti tal-kriżi tal-COVID-19 u l-Brexit, l-aħħar żviluppi fir-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE mal-Istati Uniti, u n-negozjati li għaddejjin għal ftehimiet ġodda ta' kummerċ ħieles mal-Awstralja, iċ-Ċilì u New Zealand. L-aħħar żviluppi fin-negozjati agrikoli tad-WTO ġew diskussi wkoll, fid-dawl tal-konferenza ministerjali tad-WTO li jmiss. Għadd ta' delegazzjonijiet tkellmu biex jiddiskutu kwistjonijiet bħall-ħtieġa li jiġi żgurat li l-importazzjonijiet agrikoli minn pajjiżi mhux tal-UE jirrispettaw l-istess standards bħall-prodotti tal-UE f'termini tal-ġid tal-annimali u miżuri ambjentali, l-importanza li tingħata spinta lit-trasparenza fil-kummerċ agrikolu, u l-ħtieġa li l-UE tistabbilixxi l-istandard fuq livell dinji f'termini ta' biedja li hija ambjentalment, soċjalment u ekonomikament sostenibbli.

Affarijiet oħra

Tmiem "Żmien il-Gaġeġ"

Il-ministri ddiskutew ir-rispons tal-UE għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej biex "Intemmu Żmien il-Ġaġeġ". L-għan ta' din il-kampanja, li rċeviet 1.4 miljun firma minn madwar l-UE, huwa li tipprojbixxi t-tqegħid fil-gaġeġ ta' annimali tar-razzett bħat-tiġieġ, il-fniek, il-wiżż, il-papri, il-ħnieżer nisa u l-għoġġiela. Filwaqt li ħafna delegazzjonijiet tkellmu biex jesprimu l-appoġġ tagħhom għal din l-inizjattiva, huma indikaw ukoll li tali mossa jista' potenzjalment ikollha impatt negattiv fuq il-bdiewa, kemm f'termini tal-ispejjeż tat-tranżizzjoni kif ukoll ta' telf ta' kompetittività ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE. Għalhekk huma appellaw lill-Kummissjoni biex twettaq evalwazzjoni sħiħa tal-impatt tal-inizjattiva, kif ukoll biex tipprovdi finanzjament għall-bdiewa li qed jagħmlu tranżizzjoni lil hinn mis-sistemi tal-gaġġa. Fl-aħħar nett, huma indikaw il-ħtieġa li jiġu applikati l-istess standards tal-ġid tal-annimali għall-prodotti agrikoli importati minn pajjiżi mhux tal-UE.

Matul l-istess sessjoni, il-ministri ddiskutew ukoll żewġ punti oħra taħt Affarijiet Oħra relatati mal-ġid tal-annimali: il-qtil ta' flieles irġiel fl-industrija tal-bajd u pass biex jiġu standardizzati r-regoli għall-ġid tad-dundjani fl-istati membri kollha. Ħafna delegazzjonijiet esprimew l-appoġġ tagħhom għal dawn l-inizjattivi, filwaqt li enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li l-miżuri kollha jkunu bbażati fuq l-aħħar data xjentifika u jiżguraw li l-importazzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-UE jirrispettaw l-istess standards.

Illum il-ministri wieġbu għax-xewqat taċ-ċittadini tal-UE billi esprimew appoġġ għal projbizzjoni fuq it-tqegħid fil-gaġeġ ta' għadd kbir ta' speċijiet ta' annimali tar-razzett. "Nappoġġaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tħejji evalwazzjoni tal-impatt ta' din l-inizjattiva, ibbażata fuq studju tal-konsegwenzi ambjentali u soċjoekonomiċi tat-tneħħija gradwali tal-gaġeġ, li ser tqis il-benefiċċji tal-ġid tal-annimali, il-ħtiġijiet soċjali u ekonomiċi tas-settur tal-biedja tal-UE (inkluż dawk ta' azjendi agrikoli żgħar), id-dimensjoni kummerċjali internazzjonali, u l-aspetti ambjentali. Jože Podgoršek, il-Ministru għall-Agrikoltura, il-Forestrija u l-Ikel tas-Slovenja

Punti oħra ta' affarijiet oħra

Il-ministri rċevew informazzjoni minn għadd ta' delegazzjonijiet dwar kwistjonijiet relatati ma' kundizzjonijiet estremi tat-temp u kwistjonijiet oħra li jolqtu l-agrikoltura Ewropea. Dawn kienu jinkludu l-effetti tal-ġlata severa fuq is-siġar taż-żebbuġ fil-Greċja, in-nar selvaġġ reċenti f'Ċipru, l-impatt tal-għargħar reċenti f'diversi stati membri, il-prezz għoli tal-għalf u l-konsegwenzi tiegħu għall-industrija tal-bhejjem, l-importanza tal-investiment fl-apikultura, u l-okkorrenza reċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fil-Ġermanja.

Id-delegazzjonijiet ingħaqdu wkoll waqt l-ikla ta' nofsinhar permezz ta' vidjokonferenza minn Tom Vilsack, is-Segretarju għall-Agrikoltura tal-Istati Uniti. Fost is-suġġetti diskussi kien hemm l-azzjoni għall-klima, is-sistemi tal-ikel sostenibbli u s-Summit dwar is-Sistemi tal-Ikel tan-Nazzjonijiet Uniti li jmiss fi New York.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Riżultati tal-votazzjonijiet tal-laqgħa

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025